Tliet snin ħabs għal għalliema wara li kellha x'taqsam sesswalment ma' student... Minkejja li ''kienet ix-xewqa tiegħu''

  • Diċ 20, 2018 10:18
  • Miktub minn iNews
"

    Għalliema tax-xjenza ammettiet li kellha x’taqsam sesswalment ma’ student ta’ 14-il sena kienet ikkundannata għal tliet snin ħabs. Dan minkejja li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest hekk “kienet ix-xewqa tal-istudent” li jorqod magħha. Stephanie Peterson ta’ 27 sena kienet akkużata ukoll li bagħtet ritratti tagħha għarwiena u kienet arrestata fi New Smyrna xi xhur ilu fi Florida wara li l-istudent fetaħ qalbu mal-ġenituri tiegħu.

    Jidher li bejn Novembru tas-sena 2017 u Jannar li għadda, l-għalliema kienet tgħaddi għall-istudent id-dar u t-tnejn allegatament kienu jqattgħu sigħat sħaħ flimkien f’postijiet imwarrba.
    L-istudent stqarr ukoll li hi kienet tixtrilu l-marijuana u kellu anke kontenitur apposta biex ikun jista’ jpejjep b’kumdità.

    Il-mara li ilha miżżewġa lill-pumpier Brandon sa mill-2015, bdiet relazzjoni mal-istudent wara li ħallietu juża l-mowbajl tagħha biex jidħol fuq Instagram. Wara li rritornah, huwa nesa joħroġ mill-profil tiegħu u kien hawn li bdiet il-kuntatt miegħu. 

    It-tnejn komplew bil-messaġġi anke fuq Snapchat fejn l-għalliema saħansitra bagħtitlu ritratti għarwiena, inkluż ritratt waqt li kienet qiegħda tinħasel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0