''Wasalt fejn wasalt illum bis-saħħa tiegħu... niftakar kemm kont ngerger''

  • Diċ 18, 2018 19:09
  • Miktub minn iNews
"

    L-istilla ta’ Liverpool Mohamed Salah żvela dwar l-importanza tal-irwol li missieru kellu f’ħajtu sabiex seta’ jasal fejn wasal illum.

    F’intervista li wettaq waqt teħid ta’ ritratti għall-kumpanija GQ Middle East, Salah qal li missieru ta kulma seta’ biex hu jasal s’hawn u ta’ dan huwa jinsab verament grat.

    Apparti minn dan huwa qal ukoll żewġ kelmiet lill-plejers żgħażgħ li jaspiraw li jsegwu fuq il-passi tiegħu biex ikomplu l-karriera fuq livell professjonali. “Kont ngerger li ma rridx noqgħod nivjaġġa għat-taħriġ,” qal Salah hekk kif kompla jirrakkonta dwar missieru.“Minkejja dan hu baqa’ miegħi u kien jispjegali li plejers kbar jgħaddu minn dawn il-fażijiet f’ħajjithom. Il-prezzijiet għalih kienu pjuttost għoljin u m’jien se ninsa dak kollu li għamel miegħi”.

    Huwa tkellem dwar kif baqa’ jisma’ minn missieru u li mal-ħin ġiet ukoll l-ewwel opportunità li żgur ma setax iħalliha taħrablu. Huwa lagħab ma’ El Mokawloon, Basel, Chelsea, Fiorentina u Roma, iżda f’Liverpool huwa sar l-ikona ta’ Anfield. Dan wara li skurja 47 gowl fi 53 logħba u ma damx ma seraq il-qlub tas-sapporters ta’ Liverpool. Dwar dan huwa qal li din l-emozzjoni tgħinu jkompli jtejjeb il-livell tiegħu għax jaf li għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom it-tim mhux aċċettabbli li jonqos il-livell.

    Huwa tenna jgħid li fil-ħajja xejn ma jiġi faċli u li għadda minn diversi fażijiet. Spjega dwar meta ħalla pajjiżu lejn l-Ewropa għal ħajja kompletament differenti sakemm tibda taqbad kaptu. Minkejja dan huwa saħaq li b’determinazzjoni kollox isib il-fil, iżda jekk dak li jkun ma jippruvax, ċertament li mhux se jasal ‘il bogħod fil-vjaġġ tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0