''Schumacher m'għadux iżomm ħaj permezz tal-pajpijiet''... Il-familja tixtieq tonora d-distinzjoni li kien jagħmel is-sewwieq

  • Diċ 17, 2018 16:07
  • Miktub minn iNews
"

    Skont ma’ qiegħed ikun irrapurtat minn midja barranija jidher li l-aktar sewwieq li kellu suċċessi fil-Formula One m’għadux jiddependi mill-pajpijiet biex jgħix. Minkejja li ntqal ħafna u fl-istess ħin ma ntqal xejn dwaru, rapporti jindikaw li hu jinsab rikoverat f’residenza fejn qiegħed jingħata kura li tammonta għal madwar €55,000 fil-ġimgħa li tinkludi tim mediku u fiżjoterapija.

    Fid-29 ta’ Diċembru li ġej Michael Schumacher se jkun qiegħed jagħlaq ħames snin mill-inċident li ħallieh jissielet għal ħajtu wara li ħabat rasu waqt li kien qiegħed fl-Alpi Franċiżi.

    Mart Schumacher Corinna, sa mill-bidu nett insistiet dwar il-privatezza u li l-kundizzjoni tiegħu tinżamm bejn il-membri tal-familja u ħbieb li kienu lesti li jżommu s-sigriet.

    Meta mistoqsi rigward missieru, ibnu Mick tkellem dwar ir-relazzjoni li kellu ma missieru u li meta l-istess missieru staqsieh jekk kienx jixtieq jipprattika dan l-isport bħala delizzju jew b’mod professjonali dan ħatfu fil-kelma. 

    Huwa qal “dejjem nipprova nikkumpara lili nnifsi mal-aqwa u missieri huwa l-aqwa. Huwa l-idolu tiegħi. Ħafna professjonisti jikkumparaw lilhom nfushom ma missieri u hu jibqa’ irrispettat għall-unuri li kiseb”.

    Il-ħajja ta’ Schumacher mill-inċident lil hawn ftit li xejn kienet żvelata għajr kumment tal-avukat tiegħu Felix Damm li fl-2016 ikkonferma li l-klijent tiegħu “ma setax jimxi” u informazzjoni oħra li ġiet żvelata fl-2014 kellha konsegwenzi xejn pjaċevoli. Dan wara li Schumacher kien trasportat minn ‘University of Grenoble Hospital’ fejn kien wettaq żewġ operazzjonijiet serji u baqa’ madwar ħames xhur f’koma, lejn ‘University Hospital’ f’Lausanne.

    Xi rekords dwar il-kundizzjoni tiegħu kienu nsterqu u offruti lill-midja għall-prezz ta’ madwar €45,000. Is-suspettat li kien jaħdem għal kumpanija Rega kien arrestat u nstab mgħallaq waqt li kien qiegħed jistenna biex jiġi interrogat.

    Kelliem għall-familja ta’ Schumacher qal li s-sewwieq dejjem għamel distinzjoni bejn il-professjoni tiegħu u l-ħajja personali, anke fl-aktar żminijiet diffiċli u huwa għalhekk li l-familja tixtieq tibqa’ tonora din id-distinzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0