MAPFRE Malta jwettqu xogħol volontarju mal-Fundazzjoni Inspire

  • Diċ 12, 2018 16:19
  • Miktub minn iNews
"

    Impjegati ta’ MAPFRE Malta qattgħu ftit ħin jgħinu lill-Fondazzjoni Inspire waqt l-aħħar avveniment tagħhom li jifforma parti mill-programm ta' volontarjat tal-Grupp.

    Matul l-avveniment, l-impjegati għenu f'xi xogħol ta’ manutenzjoni tal-ġonna, bi tħejjija għal Fiera tal-Milied li se ssir f'Diċembru, sabiex tiġġenera fondi għall-Fondazzjoni. Xogħol kien jinkludi tibjid, tneħħija ta’ ħaxix ħażin u tindif ġenerali. 

    Il-Fondazzjoni Inspire tgħin lit-tfal u adulti b'diżabilitajiet fiżiċi u intellettwali jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Il-Fondazzjoni toffri servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta’ rikreazzjoni b’xejn jew b'rata ferm issussidjata, bil-għan li tgħin lil dawn l-individwi jgħixu ħajja ta' kwalità  tajba, tkun xi tkun id-diżabilità. Inspire taħdem ukoll bla heda biex tippromwovi d-drittijiet ta 'persuni b'diżabilità u biex tqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta' l-inklużjoni.

    Il-Grupp MAPFRE jagħti sapport lil Fundazzjoni Inspire b’mod regolari, permezz ta’ xogħol volontarju u għajnuna finanzjarja matul is-sena. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni MAPFRE tisponsorja l-ispejjeż operattivi tal-Multi-Sensory Theaters, servizz li qed jintuża minn aktar minn 400 tifel u tifla u adulti b'diżabilità. Dawn il-kmamar  ġew mibnija apposta biex jgħinu fit-trattament tat-tfal u l-adulti b’ kondizzjoni  partikolari fejn s-sinjali  tas-sensi tal-individwu ma jiġux organizzati f'reazzjonijiet xierqa, u b'hekk l-attivitajiet ta' kuljum jkunu ta’ sfida.

    "Il-Fundazzjoni Inspire tagħmel xogħol tassew siewi fil-komunità, billi tgħin lill-persuni b'diżabilità jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Aħna kburin li noffru dan is-sapport, bl-aħjar mod li nistgħu ", qal Norman Mifsud, Uffiċjal Kap ta’ Human Resoures ġewwa MAPFRE MSV Life. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0