Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejbiet tal-inkjesta Egrant

  • Diċ 10, 2018 14:41
  • Miktub minn iNews
"

     

    Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar ikkonferma li l-Pulizija qed tinvestiga s-sejbiet tal-inkjesta Egrant. Huwa stqarr dan waqt li kien qed jixhed fil-kawża miftuħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex dan tal-aħħar jingħata kopja sħiħa tal-istess inkjesta.

    Quddiem l-Imħallef Robert G. Mangion, il-Kummissarju tenna li huwa għandu kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant u li l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla rċieva kopja mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

    Mistoqsi mill-Avukat Vincent Galea, li qed jidher għall-Kap tal-Oppożizzjoni, jekk l-investigaturi għandhomx kopja tal-inkjesta, l-Kummissarju ddikjara li “iva. Hemm tliet Spetturi li għandhom l-aċċess għall-inkjesta sħiħa.” Qal ukoll li l-Ispetturi għandhom żewġ uffiċjali magħhom jassistuhom u li huma wkoll għandhom aċċess għall-inkjesta.

    Mistoqsi biex jidentifika min kienu dawn l-Ispetturi, l-Qorti intervjeniet u qalet li ma kienx hemm għalfejn tiġi magħrufa l-identità tagħhom. Il-Kummissarju spjega wkoll li f’din l-inkjesta l-Maġistrat Aaron Bugeja talab li ssir aktar investigazzjonijiet għalhekk il-perkors tax-xogħol tal-Pulizija għadhom mhux magħluqin.

    Fis-seduta tal-bieraħ xehed ukoll Matthew Carbone, id-Deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, li spjega kif huwa sar jaf li l-inkjesta kienet saret pubblika fil-ħin li ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta mill-Avukat Ġenerali. 

    Huwa spjega kif dakinhar li ġiet ippubblikata l-inkjesta, għamel kuntatt mal-mezzi tax-xandir kollha biex ikunu preżenti għal konferenza tal-aħbarijiet. Huwa kkonferma li kulma ra kienu l-konklużjonijiet li kienu għadhom kif ħarġu pubbliċi. 

    Carbone qal ukoll li huwa qatt ma kkomunika maċ-chief of staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri dwar l-inkjesta Egrant għajr għall-konklużjonijiet li kienu  pubbliċi.

    Il-kawża tkompli nhar it-28 ta’ Jannar li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0