Tmut fil-Messiku … Tingħata lill-qraba tagħha bla għajnejn, qalb u moħħ!

  • Diċ 09, 2018 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-katavru ta’ turista Brittanika ġie ritornat lura lill-qraba tagħha mingħajr għajnejn, qalb u moħħ. Dan wara li hija mietet fi sptar Messikan. Dan l-inċident wassal biex huwa maħsub li traffikanti tal-organi serqu l-partijiet vitali ta’ Amanda Gill, ta’ 41 sena.

    Il-mara mietet fl-isptar “de Cos” wara kumplikazzjonijiet bid-dijabete waqt li kienet tinsab fil-Messiku għal btala.

    Huwa maħsub li hija setgħet mietet kaġun ta’ ketoacidosis, u li faċilment tista’ tiġi trattat. Madankollu hija mietet inqas minn 12-il siegħa wara li ddaħħlet l-isptar.

    Intant l-awtoritajiet Messikani qed jisħqu li ma jafux x’seta’ ġara lill-organi tal-mara, hekk kif din ingħatat lill-pulizija f’borża ssiġillata.

    In-nuqqas ta’ organi jfisser ukoll li ma tistax issir awtopsja biex tiġi aċċertata l-kawża tal-mewt tal-mara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0