Vjaġġ lejn Malta u lura…

  • Lul 27, 2012 18:20
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    Grupp ta’ tliet suldati se jkunu qegħdin jagħmlu vjaġġ fuq karozza bi tliet roti u jsuqu tul ta’ 4,200 mil madwar l-Ewropa. F’dan il-vjaġġ, li mistenni jsir fi 13-il ġurnata, bejn is-7 u d-19 ta’ Settembru, il-grupp ta’ tlett irġiel mistenni jitlaq mill-bażi tal-qawwa tal-ajru Ingliża u jsuq lejn Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Iżvizzera, l-Italja, lejn Sqallija u lejn Malta. Minn Malta mbagħad jerġgħu lura t-triq kollha.

    Dan il-vjaġġ se jsir biex jinġabru fondi għall-karità li mbagħad imorru għall-grupp tal-karità “Everyman”. Il-missjoni ta’ dan il-grupp ta’ karità hi li tipprova ssalva l-ħajjiet ta’ rġiel morda bil-kanċer tal-prostata billi tiġbor il-fondi għar-riċerka dwar din il-marda.

    Jidher li dan il-vjaġġ qiegħed isir minn dan il-grupp ta’ tliet suldati wara li omm wieħed minnhom mietet b’kanċer tas-sider is-sena l-oħra. Is-surġent tal-Qawwa tal-Ajru Ingliża, Mark Mc Neil (li tilef l-ommu),, flimkien mal-Kaporall James Booth u t-tekniku veteran tal-ajruplani Daniel Wellstead se jkunu qegħdin isuqu karozza bi tliet roti tat-tip Reliant Robin.

    Mark esperjenza mill-qrib l-avvanz li sar fil-kura tal-kanċer tas-sider hekk kif ommu damet iġġorr din il-marda għal madwar ħames snin. Għaldaqstant, hu ddeċieda li jrid joħloq kuxjenza dwar grupp ieħor li jistudja dwar il-kanċer.

    Intant, il-karozza li se jkunu qegħdin jivvjaġġaw biha kienet magħmula fl-1990 u għandha magna b’ċilindrata 850. Il-karozza ġiet imsemmija “Disperazzjoni” b’rispett għat-“Titjira 1435”. Il-grupp tat-Titijira 1435 ġie fformat l-ewwel darba f’Malta fl-4 ta’ Diċembru, 1941. F’Novembru tal-1988, din l-iskwadra reġgħet ingħaqdet u din id-darba kienet ifformata minn erba’ ajruplani McDonnel Douglas Phantom FGR2.

    L-ajruplani tat-titjira 1435 jinsabu stazzjonati f’Malta. Dan il-grupp baqa’ jżomm il-konnessjonijiet li għandu ma’ Malta hekk kif l-ajruplani għandhom is-salib ta’ Malta. L-erba’ ajruplani huma msemmijin il-“Faith, Hope, Charity” wara l-ajruplani li darba ddefendew gżiritna. Magħhom hemm ukoll “Desperation” li żdied meta l-grupp reġa’ ssaħħaħ fl-1988.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook