Creditreform Rating tikkonferma A+ stabbli għal Malta

  • Nov 24, 2018 18:25
  • Miktub minn iNews

    Creditreform Rating, li hi aġenzija ta’ kreditu Internazzjonali ibbażata fil-Ġermanja, kompliet fuq il-passi ta’ aġenziji oħra. Dan hekk kif din ikkonfermat ir-rating ta’ A+ stabbli għal pajjiżna. Fost ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, l-esperti ta’ Creditreform Rating isemmu li pajjiżna għaddej minn tkabbir ekonomiku u li dan mistenni jkompli għaddej.

    Ir-rapport tal-Creditreform jitkellem wkoll fuq is-suċċess tal-ħidma tal-Gvern fil-qasam tax-xogħol. L-esperti jgħidu li r-rata ta’ parteċipazzjoni, li storikament kienet ħafna aktar baxxa, issa għall-ewwel darba laħqet dik fiż-żona ewro. Dan kien dovut għal childcare bla ħlas u miżuri oħra biex l-irtirar isir aktar tard.
    Il-Creditreform Rating jinnutaw ukoll il-ħidma li qed issir biex jissaħħu l-MFSA u l-FIAU, filwaqt li sar “remarkable progress..in accelerating court procedures”. Filwaqt li fl-2010 każ il-Qorti kien idum 866 gurnata biex jinqata, danil-perjodu diġa tnaqqas għal 446 jum permezz tar-riformi li għamel il-Gvern.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0