“Amahl and the night visitors”

  • Nov 09, 2018 11:36
  • Miktub minn iNews

    Waħda mill-aktar opri tat-tfal espressivi fir-repertorju tal-aħħar seklu hija Amahl and the Night Visitors ta’ Gian Carlo Menotti; waħda mill-produzzjonijiet numerużi prestiġjużi tal-edizzjoni tal-2018 ta’ ŻiguŻajg: Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u għaż-Żgħażagħ.

    Il-produzzjoni, kollaborazzjoni bejn it-Teatru Manoel u ŻiguŻajg, tinkludi fiha talenti ġodda fosthom Jamie Busuttil Griffin u Gianluca Abdilla Castillo, bit-tnejn li huma jikkondividu r-rwol prinċipali, flimkien mas-sopran Gillian Zammit bħala omm Amahl. L-opra tinkludi wkoll lil Tama Matheson, Thomas Birch, Albert Buttigieg u Joseph Lia. Hija taħt id-direzzjoni ta’ Tama Matheson u kondotta minn Michael Summers.

    Amahl and the Night Visitorsoriġinarjament kienet ikkummissjonata min-netwerk televiżiv Amerikan NBC għal xandira diretta fiċ-ċelebrazzjoni tal-Milied fi tmiem l-1951. Menotti kien ispirat biex joħloq Amahl and the Night Visitorswara li ra l-pittura famuża ta’ Hieronymus BoschThe Adoration of the Kingsfil-Metropolitan Museum of Art fi New York. “F’daqqa waħda erġajt bdejt nisma’...id-diska stramba tat-Tliet Slaten,” ifakkar aktar tard. Il-mużika eventwalment tlestiet biss ftit jiem qabel saret ix-xandira diretta, Lejlet il-Milied tal-1951, bis-sieħeb ta’ Menotti, il-kompożitur Samuel Barber, jgħin biex titlesta l-orkestrazzjoni.

    “Din l-opra li tidher tant sempliċi hija dwar miraklu tal-Milied fejn it-twelid ta’ Kristu Iben jiġi implikat u l-miraklu jseħħ matul il-vjaġġ tat-Tliet Slaten lejn Betleħem,” jispjega Kenneth Zammit Tabona, id-Direttur Artistiku tat-Teatru Manoel. “Jiġu sfurzati jsibu kenn fid-dar sempliċi ta’ armla u t-tifel magħtub tagħha Amahl, u hekk isir il-miraklu fil-mużika...Qatt ma tonqos milli tqabbiżli d-dmugħ.”

    Zammit Tabona kellu l-ħolma li jippreżenta din il-biċċa xogħol bellezza fit-teatru għal diversi snin, u finalment irnexxielu bl-għajnuna tal-festival ferm stabbilit ŻiguŻajg. Filwaqt li għadu ġej mill-konferenza annwali Opera Europa f’Pariġi, Zammit Tabona jtenni li saret enfasi fuq it-trawwim tal-udjenzi żgħar, u liema mod aħjar hemm biex tagħmel dan jekk mhux li tippreżenta opri aċċessibbli bħal dawn liż-żgħar u lil dawk żgħar fl-ispirtu?

    “L-għan tiegħi hu li negħlbu lill-Ġermanja fejn l-istatistiċi juru li 8% tal-popolazzjoni taddendi l-opra,” iżid. “Dan huwa perċentwal ogħla minn dawk li jattendu l-futbol!”

    Amahl and the Night Visitors se tittella’ fit-Teatru Manoel nhar is-Sibt 24 ta’ Novembru fis-6:30pm u nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru fil-11:30am. Għal aktar informazzjoni u biex tibbukkja biljetti żur www.ziguzajg.org

    ŻiguŻajg huwa prodott mill-Fondazzjoni Kreattività u se jittella’ bejn is-16 u l-25 ta’ Novembru 2018.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0