Premier: Illum il-konfront klassiku bejn Gzira U. u Valletta

  • Nov 09, 2018 00:49
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej se tintlagħab l-10 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier, m’hemmx dubju li l-konfront li l-aktar se jispikka se jkun dak tal-lum bejn il-leaders Gzira United u ċ-champions Valletta li qed jaqsmu t-tieni post flimkien ma’ Hibernians li għandhom ukoll partita diffiċli kontra Birkirkara li proprju ttemm dan il-programm..

        Dan huwa l-konfront prinċipali ta’ tmiem il-ġimgħa bejn l-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika, Gzira li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika u huma l-uniku team li għadu ma ġiex megħlub kontra ċ-champions li ġejjin minn seba’ rebħiet konsekuttivi.

    Iżda fl-aħħar ħarġa tagħhom, il-Maroons iddiżappuntaw meta ġew miżmuma fi draw minn Pietá Hotspurs bl-iskor ta’ 1-1 fejn fallew ukoll penalty u salvaw ir-riżultat proprju fl-aħħar azzjoni tal-partita.

    Il-logħba kontra Valletta huwa t-test diffiċli  għalihom fejn rebħa tkun tfisser li jiftħu vantaġġ ta’ ħames punti iżda jekk il-Beltin joħorġu rebbieħa jkunu huma li jaqbżu fl-ewwel pożizzjoni, b’vantaġġ ta’ punt fuq l-is­tess Maroons.

    Mingħajr tlaqliq, Gzira se jilagħbu kontra t-team tal-mument li bħal donnhom ħadd u xejn ma jista’ jwaqqaf il-furja tal-Lilywhites.

    Kien fl-aħħar logħba li naqsu milli jiskorjaw aktar minn żewġ goals iżda l-importanti kienet il-kisba tat-tliet punti billi għelbu lir-rivali eterni, Floriana, bl-iskor ta’ 1-0.

    Il-coach ta’ Gżira United, Darren Abdilla, ma jistax jinkludi lil Zachary Scerri li jinsab sospiż, filwaqt li l-Montenegrin Bojan Kaljevic jinsab dubjuż għal Valletta.

    Intant, f’konferenza stam-pa li saret fit-Trophies Lounge, fil-Kumpless tal-Istadium Nazzjonali, tkellmu ż-żewġ coaches rispettivi - Danilo Doncic għal Valletta u Darren Abdilla għal Gżira United.

    L-ewwel kelliem kien Danilo Doncic li qal li dan huwa konfront ferm importanti għall-Beltin kemm għall-fini ta’ klassifika kif ukoll għax għandu jagħti indikazzjoni ċara ta’ kif se jkun qed ikompli l-andament ta’ dan l-istaġun.

    Huwa stqarr li l-moral fid-dressing room Belti hu-wa ferm għoli speċaljment għax għadhom ġejjin minn seba’ rebħiet konsekuttivi.

    Madankollu, huwa sos-tna li jinsab ċert li Gżira United se jkunu qed joffru oppożizzjoni denja lill-Beltin, hekk kif diġá urew matul dan l-istaġun li kapaċi jirbħu l-punti kontra kull team u ma jinsabux fl-ewwel post b’kumbinazzjoni.

    Il-coach Belti sostna li jħoss li t-trio tal-attakk kompost  minn Bojan Kaljevic, Mario Fontanella u Matteo Piciollo qed jaħdem bl-aħjar mod possibbli iżda wieħed ma jridx jinsa dipartimenti  oħra fosthom id-difiża u s-settur ta’ nofs il-ground li wkoll qed ikunu strumentali fis-suċċess Belti.

    Min-naħa tiegħu, il-coach ta’ Gzira United, Darren Abdilla, stqarr li huma diġá nsew id-draw diżappuntanti ta’ 1-1 kontra Pietá Hostpurs u mill-ewwel bdew jikkonċentraw fuq il-preparamenti  għal dan il-konfront tant importanti.

    Huwa stqarr li jinsab konxju tal-potenzjal li Valletta jippossjiedu iżda afferma li jemmen ħafna fil-players tiegħu li mhumiex inferjuri għall-Beltin.

    Il-coach tal-Maroons sa­ħaq li ladarba jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika, l-għan tagħhom jibqa’ li jisfidaw għar-rebħ tal-Kam-pjonat, għalkemm stqarr li din żgur li mhux se tkun xi ħaġa faċli minħabba li t-timijiet ta’ fuq huma kollha kważi tal-istses livell.

    Abdilla qal li jemmen li jekk il-players tiegħu jkunu fl-aqwa forma possibbli kapaċi joħorġu mill-ground bil-punti massimi.

    Tal-istess fehma tal-coa­ches tagħhom kienu ż-żewġ players rispettivi Joseph Zerafa f’isem Valletta u Rodolfo Soares għan-nom ta’ Gzira United li t-tnejn ħeġġew lill-partitarji tagħhom biex jattendu bi ħġarhom fl-Istadium Nazzjonali ħalli tirriżulta festa ta’ football u fuq kollox jirrenja l-ispirtu sportiv.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook