UNL: Il-coach nazzjonali jsejjaħ l-iskwadra proviżorja

  • Nov 09, 2018 00:45
  • Miktub minn iNews

    Il-coach nazzjonali Malti, Ray Farrugia sejjaħ skwadra ta’ 26 player għall-aħħar żewġ partiti li Malta se tilgħab fil-UEFA Nations League kontra l-Kosovo u l-Faroe Islands, fl-Istadium Nazzjonali.

    Iż-żewġ partiti se jintlagħbu, fis-17 u fl-20 ta’ dan ix-xahar. Farrugia reġa’ sejjaħ lid-difensur Zach Muscat li jilgħab ma’ Pistoiese, fl-Italja, u lill-winger, Luke Gambin li jilgħab fl-Ingilterra ma’ Crawley Town. Dan wara li dawn it-tnejn kienu neqsin mill-iskwadra fl-impenn doppju li Malta kellha x-xahar li għadda fil-Kosovo u fl-Ażerbaijan.

    Il-coach nazzjonali sejjaħ ukoll liż-żewġ players żgħażagħ Dunstan Vella ta’ Hibernians u Kyrian Nwoko ta’ Valletta, filwaqt li fid-difiża reġa’ rritorna Jonathan Caruana ta’ Valletta.

    Min-naħa ta’ Steve Borg u Andrei Agius se, jkunu sospiżi għall-konfront kontra l-Kosovo.

    Il-players imsejħa huma:

    Goalkeepers: Henry Bonello (Valletta); Andrew Hogg (Hibernians); Steve Sultana (Balzan).

    Difensuri: Andrei Agius* (Hibernians); Ferdinando Apap (Victoria H.); Steve Borg*, Ryan Camilleri, Jonathan Caruana, Joseph Zerafa (Valletta);  Clayton Failla (Floriana); Joseph Mbong (Hibernians); Zach Muscat (US Pistoiese, Italja).

    Midfielders: Roderick Briffa, Juan Corbalan (Gzira U.);  Paul Fenech, Jake Grech (Birkirkara); Bjorn Kristensen, Dunstan Vella (Hibernians); Rowen Muscat (Valletta); Stephen Pisani (Floriana).

    Attakkanti: Andrew Cohen (Gzira U.); Alfred Effiong (Balzan); Luke Gambin (Crawley T., Ingilterra); Michael Mifsud (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta); Andrè Schembri (Apollon Limassol, Ċipru).

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0