Antonio Conte se jieħu passi legali kontra Chelsea

  • Nov 09, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews

    L-ex manager ta’ Chelsea, Antonio Conte, ser jtella’ lil-klabb il-qorti għall-bqija tas-salarju tiegħu.

    Conte ġie mkeċċi mill-Blues matul is-sajf wara proċess twil rigward il-kumpens.

    Chelsea huma ħerqana li jistabbilixxu t-taħdidiet wiċċ imb'wiċċ sabiex jiddiskutu l-possibbiltá ta’ ftehim barra mill-qorti, iżda Conte qed jirrifjuta li jattendi dawn l-laqgħat.

    Il-manager ta’ 49 sena jemmen li huwa għandu jitħallas dak li huwa kuntrattwalment dovut lilu, jiġifieri,€23 miljun - €13-il miljun għas-salarju tas-sena li fadal fuq il-kuntratt tiegħu u €10 miljun oħra għad-danni.

    L-avukati ta’ Conte ilhom jaħdmu fuq żewġ każijiet separati dwar in-nuqqas ta' qbil ... wieħed mat-tribunal ta’ impjieg u ieħor mal-Qorti ta' Arbitraġġ għall-Isport.

    Sadanittant, huwa mifhum li Chelseaqed jirrifjutaw li jħallsu l-ammont minħabba l-imġieba ta’ Conte mal-klabb, inkluż li naqas milli jmur għal attivitá ta’ sponsor, it-trattament tiegħu ma’ Diego Costa u wasal tard għall-konferenzi stampa.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0