“Ċertu regoli għandhom jinħarġu”... għandu jkun hemm sanzjonijiet għal min jaqbad u jaqsam bl-addoċċ?

  • Nov 08, 2018 15:26
  • Miktub minn Claudio Coleiro

    “Jiena jidhirli illi l-passaġġ tan-nies fit-triq għandu jkun dixxiplinat. Illum hemm l-avviż share the road, li jagħmel sens. Mingħajr ma nagħmlu eżaġerazzjonijiet u sikkaturi żejda, ċertu regoli għandhom jinħarġu.”

    Stqarr dan l-espert tat-traffiku Dr Joseph Micallef Stafrace, fil-kummenti tiegħu ma’ dan is-sit meta mistoqsi jekk għandux ikun hemm sanzjonijiet għal min jaqbad u jaqsam it-triq bl-addoċċ kif issuġġeriet l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera f’sentenza li tat aktar kmieni din il-ġimgħa b’rabta ma’ inċident li seħħ tliet snin ilu f’Pembroke. 

    F’dan l-inċident, tifel Libjan ta’ 10 snin safa mtajjar minn vettura misjuqa minn raġel Tork, b’dan tal-aħħar jara s-sentenza ta’ 32 xahar ħabs tinbidel f’sentenza sospiża. Il-Qorti stabbiliet f’dan il-każ kien il-vittma li qabad u qasamlu għall-għarrieda u kaġun ta’ hekk ikkawża l-mewt tiegħu stess.

    Fis-sentenza tagħha, l-Imħallef Scerri Herrera appellat lill-awtoritajiet ta’ pajjiżna biex jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ “pedestrian offences” u dan fl-ambitu tal-Highway Code innifsu li jimponi obbligi mhux biss fuq is-sewwieqa iżda anke fuq “pedestrians” li jkunu qegħdin jużaw it-triq. 

    Hija ssuġġeriet li għandu jkun hemm sanzjonijiet għal persuni li jagħżlu li jaqsmu minn punt partikolari ta’ triq minkejja li jkun hemm “pedestrian crossing” jew punt aktar sikur minn fejn wieħed jaqsam.

    Tal-istess fehma kien Dr Micallef Stafrace li enfasizza fuq il-bżonn li jinħarġu regolamenti ġodda, iżda mingħajr eżaġerazzjonijiet u sikkaturi żejda. Huwa żied jistaqsi: “kif taqbad u taqsam tliet metri ‘l bogħod mil-lights u ma tmurx taqsam minn fuq il-lights? Kif taqbad u taqsam minn wara l-karozzi pparkjati bi żgiċċatura?” 

    “Inti trid tieħu ħsieb tiegħek innifsek ukoll. Ix-xufier għandu dmirijiet pero’ l-pedestrian għandu jkollu dmirijiet ukoll. Is-sharing the road għandu jiġi infurzat b’liġi pero’ mingħajr sikkatura żejda. Għalhekk dejjem ngħidu li għandek taqsam b’mod li ma toħloqx sorpriża għax-xufiera,” rrimarka Dr Micallef Stafrace.

    “Għandha ssir konsultazzjoni sewwa u jinħarġu r-regolamenti biex min jiksirhom, jeħel, speċjalment dawk li jaqsmu ftit ‘il bogħod miż-zebra crossing meta dawk qegħdin apposta għall-passaġġ tan-nies.” 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0