Identifikat sit għat-trakka tal-karozzi f’Malta

  • Nov 08, 2018 09:12
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li l-pjanijiet fuq it-trakka tal-karozzi mexjin tajjeb u b'ritmu mgħaġġel. Huwa qal li issa ġie identifikat sit għat-trakka tal-karozzi ġewwa Malta.

    Dan ħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Paviljun tal-Basketball f’Ta’ Qali flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo.

    Fil-qasam tal-isport, is-Segretarju Parlamentari qal li żdiedu l-fondi fl-iskemi ta' assistenza lill-assoċjazzjonijet sportivi, b'investiment ta' 'l fuq minn €3 miljun. Fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol fuq pixxina ta' livell Olimpiku fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

    Clifton Grima qal li l-kumpless sportiv ta' Maria Assumpta tlesta u mistenni jiġi inawgurat f'dan ix-xahar kif ukoll għall-kumplessi tal-handball u table football fl-istess sit, u beda x-xogħol fuq il-Kumpless tal-Ġinnastika fil-Marsa.

    SportMalta identifikat 18-il post simili fi 15-il lokalità madwar Malta u Għawdex. Il-gvern se jimbarka fuq programm ta' sentejn li matulu dawn l-open spaces u pitches se jsiru mill-g?did b' investiment ta' €600,000.

    Is-Segretarju Parlamentari Grima qal ukoll li tkomplew diversi skemi bhall-Voluntary Organisations Projects Scheme u s-Small Initiatives Support Scheme - ibbenefikaw 75 għaqda volontarja fosthom dawk li jagħmlu parti mill-Youth Voluntary Work Scheme u l-Fond għas-Soċjetà Ċivili.

    Fil-qasam taż-żgħażagħ saru diversi proġetti bħall-Polifest u komplew jissaħħu l-iskemi tal-Youth Specialisation Scheme, l-A4U Scheme,il-BeActive Scheme,u t-taħriġ mużikali taż-żgħażagħ fil-każini tal-banda, kif ukoll żdiedu il-Malta Youth Film Festival u l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0