Żgħażagħ wiċċ imb wiċċ mal-faqar fil-Mozambique

  • Lul 27, 2012 11:33
  • Miktub minn Victor Vella

    "L-akbar librerija f'reġjun fil-Mozambique hi dik li fiha mitt ktieb, b'xi wħud duplikati". Dan sostnieh magħna Fr Saviour Grima mill-Millenium Chapel, meta tkellem ma' inewsmalta.com dwar grupp ta' seba' żgħażagħ li qed jgħixu esperjenza ta' faqar fil-Mozambique.

    Iż-żgħażagħ flimkien mad-direttur Fr. Mario Abela din is-sena qed jagħmlu l-ewwel esperjenza tagħhom f'isem is-segretarjat tal-Missjonijiet Agostinjani ġewwa l-Mozambique. Wara li s-segrertarjat għal 17-il sena tella' żgħażagħ biex jagħmlu ħidma f'missjoni fil-Brażil, ħass li kien imiss li jibda esperjenza ġdida fl-Afrika.

    Din il-missjoni hija immexxija mis-Sorijiet Agostinjani Brażiljani f'Mapinhani fil-Mozambique fl-Afrika. Dawn iż-żgħażagħ għexu bnew djar (Palhota),, djar magħmulin minn injam u materjal ieħor tas-siġar li jiswew madwar €130 huma se jgħallmu fl-iskola tar-reġjun u wkoll se jaħdmu ma' tfal u familji foqra.

    Is-Segretarjat din is sena irċieva flus mill-Ministeru tal-Affarijiet Baranin, taħt il-Progett ODA, biex jibnu djar, jirranġaw l-iskola, jixtru materjal ta’ l-iskola, jixtru għamara u saqqijiet fejn jorqdu t-tfal li jiġu jistudaw, sala fejn jistgħu jitgħallmu u xiri ta ikel u ħalib għat-tfal.

    Jekk xi żgħażagħ jixtiequ jagħmlu din l-esperjenza is-sena d-dieħla jistgħu jkellmu lil Fr Mario, u jekk hemm xi persuni li jixtiequ jgħinu b'xi donazzjonijiet jistgħu jibagħtuhom lil Fr Mario Abela, Segretarjat tal-Missjonijiet Agostinjani, Triq il-Knisja, Paceville.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook