Schola Cantorum Jubilate fi Franza

  • Lul 26, 2012 20:02
  • Miktub minn

    Schola Cantorum Jubilate, kor Privat mix-Xagħra, dan l-aħħar ħalla xtutna biex kanta ġewwa Franza.

    Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra stieden lill-kor biex jakkumpanjah u jkun l-ambaxxatur mużikali ta’ pajjiżna ġewwa Chavaigné fi Franza f'Ġunju li għadda. Bħala xogħol għal dan l-vjaġġ il-kor kien mitlub itella’ kunċert profan f’Chevaigné. F’dan il-kunċert kien hemm korijiet oħra li taw il-kontribut tagħhom. Schola Cantorum Jubilate daqqiet biċċiet mużikali tal-kompożituri Standford, Sullivan, Rossini, Charles Camilleri u Jean-Philippe Rameau.

    Il-kor iddeċieda li jagħti wkoll kunċerti privati fil-Katidral famuż ta’ Rennes u fil-Knisja Parrokkjali li hemm f'Mont St. Michel. Schola Cantorum Jubilate kantat biċċet miktuba minn kompożituri ċelebri tal-istorja mużikali sagra, fosthom Palestrina, Tallis, Bartolucci u mill-Malti Ġużeppi Caruana.

    F’kull kunċert u quddiesa li kellu l-kor ġew dejjem esegwiti biċċiet minn kompożituri Maltin. Dan propiju għax il-kor jemmen li qed ikun ambaxxatur tal-pajjiż u għandu d-dmir li jsemma' mużika lokali barra minn xtutna. Mużika li turi aspett ieħor mill-ħafna li joffru l-gżejjer Maltin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook