Divock Origi segwit minn Galatasaray

  • Ott 12, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-klabb Tork, Galatasaray, qed jikkunsidraw li  jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Liverpool, Divock Origi, f’Jannar li ġej.

    Il-player ta’ 23 sena ffirma ma’ Liverpool mingħand Lille fl-2015 u skorja 21 goal f’77 partita.

    Origi qatta l-aħħar stagun b’self ma’ Wolfsburg, iżda  għadu ma lagħabx minuta waħda għalLiverpool dan l-istaġun.

    Galatasaray qed isegwu mill-qrib l-iżviluppi tal- internazzjonali Belġjan u qed jippreparaw offerta biex jiffirmawh b’self fit-tieqa tat-transferiment ta’ Jannar, li ġej.

    Origi, li skorjażewġ goals għat-tim ta’ taħt it-23 sena dan l-istaġun, kien se jħalli lil Liverpool matul is-sajf li għadda iżda finalment baqa’ f’Anfield.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0