Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija llum għamel mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti kontra d-direttivi tal-UPE (Union of Professional Educators) fl-iskejjel tal-Knisja. Is-Segretarjat ħa din l-azzjoni għaliex il-UPE ma mxietx mal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil kif stabbilit fil-Ftehim Kollettiv.
Dawn il-proċeduri jistabilixxu li union l-ewwel tiddiskuti ma’ kap ta’ skola, u jekk il-każ ma jissolvix tiddiskuti mas-Segretarjat. Kull meta din il-proċedura ġiet segwita, is-Segretarjat u l-iskejjel tal-Knisja solvew l-każijiet li tqajmu mill-Union. Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jinnota li d-Direttur tax-Xogħlijiet sejħet laqgħa konċiljatorja u ripetutament talbet lill-UPE biex b’sinjal ta’ rieda tajba tissospendi d-direttivi tagħha. Il-UPE ma laqgħetx din it-talba.
Is-Segretarjat ifakkar li union li m’għandhix il-maġġoranza tal-impjegati u ma tgawdix rikonoxximent minn min iħaddem ma tistax toħroġ direttivi lill-membri tagħha dwar kundizzjonijiet li ġew maqbula fil-Ftehim Kollettiv. Il-UPE ma aċċettatx il-pożizzjoni tas-Segretarjat li kienet qed tiġi osservata mill-iskejjel u għal darb’oħra ħarġet direttivi ġodda lill-membri tagħha.
Għalhekk is-Segretarjat talab il-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni li ġie milqugħ provviżorjament mill-Qorti, li jfisser illi l-UPE trid tissospendi d-direttivi b’mod immedjat. Is-Segretarjat illum xorta attenda għal-laqgħa konċiljatorja li ma wasslet għall-ebda konklużjoni u jibqa’ dispost li jiddiskuti mal-Union fl-aħjar interess ta’ kulħadd.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.