Żagħżugħ ta' 29 sena tpoġġa taħt probation għal tliet snin wara li ammetta li ħebb għal raġel b'turnavit.
Keith Vella ammetta li fid-19 ta' Ġunju 2009, fl-inħawi tal-ponta tal-Isla, ikkawża ġrieħi gravi lil Amadeo Brincat minn Bormla wara li tah daqqiet ta' turnavit.
Huwa ammetta wkoll li kiser il-paċi pubblika b'għajjat u ġlied, li qal kliem oxxen u dagħa kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu l-imsemmi turnavit.
Meta ġiet biex tagħti l-piena tagħha, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkunsidrat fost oħrajn il-fedina penali “xejn feliċi” tiegħu.
Hija poġġietu taħt ordni ta' trattament għal tliet snin biex ikun jista' jindirizza l-problema tad-droga.
Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.