“Simon Busuttil għadu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista”

  • Ott 11, 2018 16:14
  • Miktub minn iNews
"

    “Huwa ċar daqs il-kristall li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista kien u għadu Simon Busuttil. Dawn l-aħħar jumejn urew is-saħħa li għad għandu fil-PN Busuttil u l-qasma ċarissima li teżisti fil-Partit. Il-klikka ta’ Simon Busuttil u l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista għaldarboħra reġgħet waqatilhom il-maskla u wrew xi jsarfu – attakk sfrenat kontra pajjiżhom. Qed jipprovaw ikissru lil pajjiżna billi jkomplu jikkordinaw l-attakki ppjantati u sistematiċi flimkien mal-MEPs barranin. Ir-rabja tal-Prim Ministru Joseph Muscat u d-Deputati tal-Partit Laburista hija riflessjoni tar-rabja li l-poplu għandu lejn Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista għall-attakk fuq is-suċċess li jgawdu l-gżejjer Maltin. Huwa għalhekk li l-Partit Laburista huwa l-unika Partit li verament irid il-ġid għal Malta u Għawdex” Dan qalu l-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dr. Alex Saliba

    Saliba sostna li f’Malta, il-Gvern huwa elett demokratikament mill-poplu biex ikompli jsaħħaħ l-istituzzjonijiet ta’ pajjizna. Dan hu rifless fin-numru ta’ riformi u bidliet leġislattivi li ġew introdotti fl-aħħar leġislatura u l-leġislatura attwali – liema riformi waslu biex il-Prim Ministru u l-Partit Laburista jingħata mandat ċar ieħor. Dan ifisser li l-Partit Laburista immexxi minn Joseph Muscat igawdi l-fiduċja tal-poplu biex ikompli jirriforma fejn meħtieġ. 

    Alex Saliba spjega li hemm kuntrast qawwi bejn il-mod kif qed iġġib ruħha l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-mod kif kien dejjem aġixxa l-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni. Hawn tenna li għalkemm kien hemm diversi okkażjonijiet fil-passat fejn il-Partit Laburista seta’ jmur barra minn xtutna u jattakka lil Gvern ta’ dak iż-żmien, dejjem ġab l-interess nazzjonali qabel kollox. Għamel dan biex ssalvagwardja l-eluf ta’ impjiegi, li nħolqu kemm minn dan il-Gvern u kemm minn amministrazzjonijiet preċedenti, f’setturi bħas-servizzi finanzjarji, l-gaming u l-fintech.  

    Bil-kontra ta’ dak li kien jiġri, il-Partit Nazzjonalista llum fl-Oppożizzjoni baqa’ jgħaddas rasu fir-ramel u flok qed nkunu front wieħed maqgħud bħala pajjiż, il-Gvern qed isib tfixkil orkestrat mill-Maltin stess f’konfoffa mal-barranin. Fuq quddiem nett ta’ dawn l-attakki hemm l-Ewro Parlamentari Nazzjonalisti, bloggers taparsi indipendenti bħal Manuel Delia u Andrew Borg Cardona, u għaqdiet li jgħidu li jirrapreżentaw lis-soċjeta ċivili. 

    Saliba kompla billi irringrazzja lill-NGOs li verament jaħdmu għall-kawzi ġusti u qal li l-poplu jagħraf min huma dawk li għandhom aġenda partiġġjana. Sosnta wkoll li konvint li l-Partit Laburista fil-Gvern se jkompli jaħdem biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet, jkattar il-ġid u jiddefendi l-interess nazzjonali. 

    Fl-aħħar nett, Dr Alex Saliba temm billi reġa’ kkonferma li huwa kommess li jibqa’ jaħdem flimkien ma sħabu fil-Partit Laburista għal dan il-għan u jekk kemm il-darba jingħata il-fiduċja, se jkun qed jaħdem biex fl-ogħla istituzzjonijiet ma jkunx hemm aġenda partiġġjana kontra pajjiżi żgħar bħal tagħna. Saliba għamel referenza għall-istorja riċenti fejn il-Kummissarju Ewropew Vera Jurova tkellmet ma’ mezzi tax-xandir b’fatti skorretti u mingħajr ma ppruvat tivverifika l-qlajjiet. Dan anke meta se ftit jiem qabel kellha l-opportunità tagħmel dan ma’ żewġ membri fil-kabinett li kienet iltaqgħet magħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0