Stuprat u maqtul mill-ħames nisa tiegħu …għax kien jagħmel sess biss mas-sitt waħda

  • Lul 26, 2012 14:43
  • Miktub minn

    Raġel sinjur min-Niġerja li kien miżżewweġ ma’ sitt nisa nqatel wara maratona ta’ sess li kellu jgħaddi minnha wara li l-ewwel ħames nisa tiegħu bdew jgħiru għalih għax kien qiegħed jagħmel sess biss mas-sitt mara tiegħu.

    Uroko Onoja, kif jismu r-raġel skont ma kien irrapportat fuq The Daily Mail, kien jagħmel sess biss mal-iżgħar fost in-nisa tiegħu. Għaldaqstant, il-ħames nisa l-oħrajn ġegħluh jagħmel orġa magħhom hekk kif heddewh bi skieken u bsaten biex jagħmel is-sess ma’ kull waħda minnhom.

    Onoja waqaf jieħu nifs hekk kif kien qiegħed jagħmel attività sesswali mar-raba’ mara. Fil-fatt, hekk kif kien se jagħmel is-sess mal-ħames waħda, wara l-istress fiżiku li kien għadda minnu hu miet. Tnejn min-nisa ġew arrestati wara din it-traġedja sesswali f’Bunue. Ġew akkużati li vvjolentaw għall-mewt lir-raġel tagħhom.

    Ir-raġel kien għadu kemm wasal id-dar u kien sejjer fil-kamra tas-sodda ħdejn l-iżgħar mara fost is-sitta. Il-ħames nisa l-oħrajn, li hu maħsub li kellhom laqgħa bejniethom qabel ma ġie biex jiddeċiedu x’se jagħmlu, daħlu fil-kamra armati bis-skieken u l-bsaten u insistew li jingħataw id-drittijiet tagħhom bħala n-nisa tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0