“Nikkoperaw u niddjalogaw biex ngħelbu l-isfidi”

  • Set 28, 2018 10:26
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat jindirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

    Ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda. Huwa beda d-diskors tiegħu billi qal li  “il-problemi globali jeħtieġu soluzzjonijiet globali.” Muscat qal li hija tassew inkwetanti li tara pajjiżi li mingħalihom se jsolvu problemi globali b’soluzzjonijiet lokali

    “Approċċ globali ma jfissirx li tħobb il-pajjiż tiegħek inqas imma jfisser li meta wieħed jaħdem flimkien, jistgħu jinkisbu aktar soluzzjonijiet. Għandna ċans aħjar li nsolvu l-problemi jekk naħdmu bħala forza waħda u maqgħuda. L-ebda nazzjon ma jista’ jindirizza l-fenomeni globali waħdu,” qal Muscat.

    Huwa tkellem fuq il-pjaga tal-immigrazzjoni hekk kif Malta tinsab proprju f’nofs ir-rotta ta’ bejn l-Afrika u l-Ewropa. Huwa qal li minkejja li l-vjaġġi bl-immigranti naqqsu, Malta għandha rata għolja ta’ applikazzjonijiet ta’ ażil. Muscat tkellem fuq l-aħħar każijiet li seħħew fejn Malta onorat il-konvenzjonijiet marittimi internazzjonali u qal li kull pajjiż għandu jagħmel hekk. Huwa spjega li minħabba ċertu aġir illegali ta’ uħud, Malta kellha tkun hi biex tingħaqad ma’ stati oħra biex jiġu solvuti numru ta’ kriżijiet umanitarji.

    Huwa qal ukoll li “bħalissa ngħixu f'dinja b'inqas gwerer u aktar djalogu u kooperazzjoni. Imma x-xogħol tagħna ma spiċċax u probabbilment qatt mhu ser jispiċċa. Għalkemm il-faqar estrem naqas, ma ġiex eradikat. Hekk kif nsolvu waħda mill-kwistjonijiet , ser ikollna oħra. L-importanti huwa li nkomplu naħdmu flimkien.”

    Muscat tkellem ukoll dwar l-avvanzi kbar li Malta qegħda tagħmel f’dak li għandu x’jaqsam mat-teknoloġija diġitali. Huwa rrefera għal Malta bħala l-“blockchain island” biex juri li Malta qed tkun waħda minn dawk ta’ quddiem li qed tirregolarizza ruħha għat-teknoloġiji ġodda, fosthom il-Blockchain.

    Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu Muscat ħeġġeġ lil kulħadd biex jikkomunika ma’ xulxin għax huwa permezz tad-djalogu li l-komunità internazzjonali tista’ tegħleb l-isfidi li tiltaqa’ magħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0