“Għandna biex niftaħru bir-rapport tal-IMF”

  • Set 28, 2018 09:45
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jilqa' b'mod pożittiv ir-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) dwar it-trasparenza tal-finanzi pubbliċi

    Rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) ifaħħar it-trasparenza fil-finanzi pubbliċi adottati mill-Gvern Malti.

    Fir-reazjoni tiegħu għal dan ir-rapport, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna rrimarka ma' dan il-sit li l-Gvern u Malta għandhom biex jiftaħru bil-konklużjonijiet tal-IMF. Kien l-istess Gvern li talab lill-IMF tagħmel rapport dwar il-prattiċi tiegħu fejn tidħol trasparenza fil-finanzi tal-pajjiż.

    Delegazzjoni tal-IMF ġiet Malta u analizzat il-prattiċi adottati mill-Gvern u fir-rapport tagħha ikkonkludiet li pajjiżna jilħaq livell tajjeb u avvanzat f'21 minn 35 prinċipju li fuqhom tiġi mkejjla l-istess trasparenza. Fi 12-il prinċipju ieħor Malta tilħaq livell bażiku mentri huma żewġ prinċipji biss, dettalji dwar in-nefqa fuq it-taxxa u riskji fiskali speċifiċi, fejn hija qed tħeġġeġ lill-Gvern biex jaħdem iktar fuqhom.

    Scicluna iddeskriva r-rapport mitlub mill-Gvern Malti stess bħala wieħed ġust u eżerċizzju tajjeb biex inkunu nafu s-sitwazzjoni ta' pajjiżna fejn jidħlu finanzi pubbliċi. Fil-kumment lil inewsmalta.com, il-Ministru Scicluna rimarka li r-rapport juri li l-Gvern huwa trasparenti fejn jidħol il-finanzi pubbliċi.

    “L-IMF għandu kodiċi ta' prattika kif jevalwa l-pajjiżi. Ħemm ħafna prinċipji li eżaminahom bir-reqqa fejn tidħol Malta u l-marki jikkomparaw tajjeb, u f'ċertu waqtiet aħjar, minn ta' pajjiżi oħra tal-UE”.

    Scicluna rrikonoxxa li hemm lok ta' titjib u l-IMF infurmat b'dan lill-Gvern waqt li għamilha ċara li l-Gvern m'għandu ebda intenzjoni li jaħbi.

    Huwa semma bħala eżempju kif l-IMF irid li jekk il-Gvern għamel xi eżenzjoni din tkun tidher fl-istimi għax tiswa l-flus mentri s'issa l-Gvern ġieli semmiha u ġieli le.

    Huwa ġab eżempju bil-baġits fejn qal li ġieli l-Gvern isemmi eżenzjoni partikolari fl-estimi tal-baġit imma fid-diskors le u saħaq li l-IMF trid li jsir rapport ta' kull eżenzjoni li ssir. Scicluna semmilna wkoll kif kuntarjament għall-amministrazzjoni preċedenti dan il-Gvern beda jagħmel tbassir kawt dwar id-dħul tiegħu u dejjem kien prudenti ħalli jekk ikun hemm xi żelqa jew l-ekonomija ma tikbirx kemm mistenni jew mixtieq ma naqgħux f'defiċit.

    Dan kuntrarjament għall-gvernijiet Nazzjonalisti li għamlu defiċits mhux biss għax nefqu aktar imma anke għax għamlu tbassir ħażin.

    “Kuntrarjament għalihom, aħna dejjem nagħtu sorpriża u ndaħħlu aktar milli nbassru”, żied il-Ministru tal-Finanzi waqt li semma kif il-Kummissjoni Ewropea se tieħu nota ta' dan ir-rapport.

    Huwa nsista li l-Gvern se jevalwa s-suġġerimenti tal-IMF bil-ħsieb li maż-żmien idaħħalhom fis-seħħ.

    Id-delegazzjoni tal-IMF li ħejjiet dan ir-rapport kienet immexxija minn Torben Steen Hansen li huwa d-Deputy Division Chief fil-Fiscal Affairs Department tagħha li waqt il-preżentazzjoni tar-rapport kellu kliem pożittiv fil-konfront tal-prattiċi ta' Malta fejn tidħol trasparenza fil-finanzi pubbliċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook