Niġerjan bi ġrieħi serji f’inċident stradali

  • Set 28, 2018 08:13
  • Miktub minn iNews
"

    Niġerjan ta’ 29 sena, residenti l-Mosta, sofra ġrieħi serji wara li għal ħabta tal-11.20pm tal-bieraħ filgħaxija, kien involut f’inċident stradali fi Triq il-Mosta Ħal Lija.

    Stħarriġ preliminari jirriżulta, li r-raġel aktarx tilef il-kontroll tal-vettura Peugeot 306 li kien qed isuq, laqat il-bankina u spiċċa f’għalqa biswit l-istess triq.

    Membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku issejħu fuq il-post sabiex joħorġu lir-raġel mill-vettura fejn aktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei.

    Hemmhekk huwa beda jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

    Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0