Tim minn Vodafone u residenti ta’ San Blas f’tournament tar-rugby

  • Lul 26, 2012 15:04
  • Miktub minn

    Grupp ta’ impjegati ta’ Vodafone dilettanti tar-rugby organizzaw rugby play-off kontra tim ta’ residenti miċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas. Fuq inizjattiva ta’ Christian Briffa mid-Dipartiment tal-Finanzi ta’ Vodafone u wara ġurnata ta’ responsabbiltà korporattiva f’San Blas, tim ta’ sitt impjegati għamel użu tajjeb mill-community leave li Vodafone talloka lil kull impjegat għal xogħol filantropiku.

    Flimkien mar-residenti ta’ San Blas inġabru fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa biex jesprimu l-passjoni, l-impenn u d-dixxiplina li għandhom għal dan l-isport. Christian Briffa, Oliver Manicaro, Adrian Muscat, David Pedrick, Fabian Catania u Samuel Grech li jaħdmu Vodafone lagħbu kontra tim minn San Blas, fost l-entużjażmu ta’ dawk li kienu għaddejjin minn ħdejn il-bajja u li waqfu biex isegwu l-logħob mill-qrib. Oliver Manicaro qal li, “ma kinitx faċli nilagħbu rugby għal ġurnata sħiħa, ħafjin, fuq ramel jaħraq. Imma l-għaqda ta’ tim u l-inkoraġġiment kontinwu biex nibqgħu niġru u nilagħbu mmotivana biex ninjoraw l-għejja u nibqgħu nilagħbu sal-aħħar. Is-sodisfazzjon kien ovvju fuq wiċċ kulħadd u l-atmosfera pożittiva infirxet mal-bajja kollha!”

    Ir-residenti ta’ San Blas ukoll esprimew l-entużjażmu tagħhom għal dan l-avveniment u qalu li, “kienet esperjenza verament sabiħa u l-veru ħadna gost! Kollha kemm aħna poġġejna l-enerġija kollha tagħna f’xi ħaġa pożittiva. Issa ħerqanin biex nerġgħu norganizzaw logħba u sfida oħra. Ħadna pjaċir immens nagħmlu xi ħaġa differenti mir-rutina tas-soltu.”

    Kull impjegat ta’ Vodafone hu ntitolat għal tlett ijiem leave imħallas biex jintuża għal xogħol fil-komunita u dan apparti l-leave annwali. Din l-inizjattiva hija waħda minn sensiela ta’ inizjattivi li jirriflettu r-responsabbiltà soċjali tal-kumpanija inkluż l-għarfien tal-importanza ta’ bilanċ b’saħħtu bejn ix-xogħol u l-ħajja barra mill-uffiċċju.

    Christian Briffa li ħareġ b’din l-inizjattiva qal li, “l-isport hu l-attività ideali biex turi li hemm stil ta’ ħajja alternattiva li tista’ tkun ta’ gost u aktar minn hekk b’saħħitha. Ir-rugby, bħal kull sport ieħor, jgħin lil persuni differenti jintegraw, isiru jafu lil xulxin u jagħmlu xi ħaġa differenti mir-rutina ta’ kuljum.” L-avveniment tant kien suċċess li diġà hemm ippreparat logħob ieħor simili fil-futur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook