Membri mill-GWU Youths jattendu proġett internazzjonali fuq il-parteċipazzjoni attiva: “Ir-rata Maltija ħafna akbar minn dik tal-ġirien tagħna”
Ftit gimgħat ilu, membri mill-għaqda tal-General Workers’ Union Youths irrapreżentaw lil pajjiżna f’proġett internazzjonali ġewwa l-Belt ta’ Targovista fir-Rumanija. Dan il-proġett ddiskuta ċ-ċittadinanza attiva fi ħdan l-Unjoni Ewropeja u l-istati membri tal-UE, l-isfidi li jipprevjenu l-parteċipazzjoni ċivili, kif ukoll x’għandu jsir biex jingħelbu dawn l-ostakli.
Dan il-ġurnal iltaqa ma’ uħud mill-membru tal-GWU Youths li kienu protagonisti fi ħdan dan il-proġett internazzjonali, fosthom Matthew Seychell, Laura Mariah Demanuele u Luke Mifsud. It-tlett żgħażagħ, flimkien ma’ Kurt Zammit, spjegaw kif f’dan il-proġett kien hemm involviment ta’ numru mdaqqas ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti: “F’dan il-proġett ħadu sehem ammont kbir ta’ żgħażagħ, li ġejjin minn pajjiżi, sfondi u mentalitajiet differenti: fosthom il-Litwanja, ir-Rumanija, is-Slovakja, ir-Repubblika Ċeka u anke l-Maċedonja.”
Iż-żgħażagħ spjegaw kf l-għan ta’ dan il-proġett: “Ridna naraw kif sejrin nkomplu nħeġġu lil xulxin, kif ukoll lill-bqija taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa, biex inkunu iktar parteċipattivi fis-soċjeta ta’ madwarna, fl-attiviżmu, u fid-demokrazijia attiva llum il-ġurnata.”
“Ħassejna li l-kontinġent Malti ħalla impressjoni tajba ħafna: Apparti l-bżonn li kulħadd jitgħallem jitħadded u jiddiskuti kulturi u mentalitajiet differenti minn tagħna, irnexxielna niddjalogaw b’tali mod li stajna nsibu d-differenzi u s-similitudnijiet li hemm bejnietna bħala pajjiżi.”
Meta mistoqsija x’kienet l-impressjoni tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-attiviżmu żgħażugħ f’Malta u fil-bqija tal-Ewropa, il-parteċipanti, filwaqt li stqarru li “Malta għandha rata ta’ parteċipazzjoni ħafna akbar minn pajjiżi oħra, nemmnu li għad fadal xi jsir.”
“Bħala żgħażagħ, rajna kif ċertu inizjattivi li jieħu l-Gvern Malti u aġenziji oħra setgħu faċilment applikati minn pajjiżi oħra, u rajna kif naqsmu dan it-tagħrif li għandna aħna ma’ dawn il-kommunitajiet b’rata parteċipattiva inqas. Faċilment tinduna kemm bħala pajjiż, f’dan is-settur għamilna avvanzi kbar, speċjalment meta wieħed jara minn fejn bdejna, u jikkumpara ma’ pajjiżi oħra, anke ġirien tagħna.”
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.