Il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa b’mod unanimu approva l-protokoll għall-fertilizzazzjoni addizzjonali

  • Set 14, 2018 19:40
  • Miktub minn iNews

    Ilbieraħ il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa b’mod unanimu approva l-protokoll għall-fertilizzazzjoni addizzjonali li se jingħata mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni. Permezz ta’ dan il-protokoll l-Awtorità se jkollha s-setgħa li tawtorizza l-fertilizzazzjoni ta’ aktar minn żewġ bajdiet sa massimu ta’ ħamsa.

    Se jkun it-team multidixxiplinarju fi ħdan il-klinika tar-riproduzzjoni artifiċjali (ART clinic, li se jiddeċiedi każ b’każ l-ammont ta’ bajd li għandu jiġi fertilizzat. Dan se jwassal ukoll biex jekk ikun hemm aktar minn żewġ embrijuni li żviluppaw mill-fertilizzazzjoni, dawn ikunu jistgħu jiġu vitrifikati. Hemm numru ta’ kriterji li jwasslu biex mara tingħata permess tiffertilizza aktar minn żewġ bajdiet fosthom fatturi ta’ infertilità bħal polycsytic ovaries fin-nisa u/jew azoospermia fl-irġiel kif ukoll fatturi oħrajn bħall-età tal-mara, każijiet ta’ onkoloġija u storja ta’ ċikli oħrajn ta’ IVF.

    Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li jinsab kuntent li qegħdin pass eqreb biex aktar Maltin ikunu jistgħu jwettqu l-ħolma li jsiru ġenituri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook