Siġġijiet ġodda u sistema ta’ akklimatizzazzjoni għal esperjenza aħjar fit-Teatru Manoel

  • Set 14, 2018 16:35
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia żaru t-Teatru Manoel u ħabbru dettalji dwar il-proġett il-ġdid għal esperjenza aħjar fit-teatru nazzjonali.

    B’dan il-proġett qed insostnu, nikkonsolidaw u niżviluppaw aktar il-wirt kulturali Malti permezz ta’ sistema ta’ ventilazzjoni u ta’ akklimatizzazzjoni u ta’ riabilitazzjoni tas-saqaf kif ukoll siġġijiet ġodda fil-platea. 

    “Bis-saħħa ta’ proġett ta’ dan il-kalibru, qed insostnu u nsebbħu filwaqt li nippreservaw l-aktar teatru antik li għadu jintuża fl-Ewropa. L-istrateġija tagħna bħala gvern fejn jidħol is-settur kulturali hi li nkomplu nsaħħuh biex verament jitgawda mill-komunità kif ukoll biex inkomplu nimirħu u nżidu l-professjonalizzazzjoni fis-settur li dejjem qed jissaħħaħ”, qal il-Ministru Owen Bonnici. Żied li, “matul l-aħħar snin ħdimna lejn settur kulturali aktar b’saħħtu u r-realizzazzjoni ta’ proġett ta’ dan it-tip tagħtina l-enerġija neċessarja biex inkomplu nagħmlu aktar”.

    Din is-sistema ta’ ventilazzjoni u ta’ akklimatizzazzjoni taħdem billi tgħaddi ilma sħun jew kiesaħ (jiddependi mit-temperatura mixtieqa) mis-saqaf u mal-art, li se tgħin biex it-temperatura mixtieqa, il-livelli tal-umdità u l-kwalità tal-arja jinżammu kostanti matul is-sena kollha filwaqt li tillimita l-ġenerazzjoni tal-kurrenti tal-arja u l-ħsejjes fit-teatru.

    Permezz ta’ dan qed intejbu l-akustika tat-teatru u l-versatilità fl-użu tiegħu. Din is-sistema se topera l-ħin kollu b’mod li tevita bidliet drastiċi fit-temperatura li kieku tirriżulta f’danni għax-xogħol sabiħ tal-injam u għall-pitturi prezzjużi tat-teatru.

    Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li dan il-proġett hu wieħed minn ħafna li l-Gvern qed jimplimenta mill-programm tal-perjodu 2014-2020 b’investiment ta’ iktar minn €80 miljun għall-kultura f’dan il-perjodu biss. Aaron Farrugia spjega li permezz ta’ fondi Ewropej qed ninvestu fil-kultura bil-għan li nippreservaw l-identità Maltija filwaqt li nsaħħu l-prodott turistiku lokali ta’ Malta. Għad-differenza minn investimenti oħrajn fil-kultura li saru fil-passat, dan il-proġett jiffoka mhux biss fuq il-ħarsien tal-kultura iżda wkoll fuq id-dimensjoni ekonomika u l-bżonn li nimxu lil hinn mill-preservazzjoni tal-assi kulturali u naħsbu iktar dwar l-użu effettiv tagħhom biex niġġeneraw attività ekonomika u impjiegi.

    Din is-sistema state of the art hi mibnija bl-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq, magħmula apposta għat-Teatru Manoel, u hi effiċjenti fl-enerġija u favur l-ambjent. Dan l-investiment kien intrinsiku minħabba li t-teatru ma kellux sistema ta’ ventilazzjoni jew ta’ arja kundizzjonata. Din is-sistema se twassal għal spettakli aktar komdi kif ukoll għaż-żieda fl-użu tat-teatru.

    L-art tal-platea ġiet magħmula mill-ġdid mill-injam u se tipprovdi akustika aħjar meta jkun hemm spettaklu mtella’ minn orkestra jew opra. Il-proġett ta’ immodernizzar mhux biss se jagħti lill-udjenza u lill-artisti aktar kumdità imma se jtejjeb ukoll l-esperjenza ħolistika fit-teatru minħabba t-titjib tal-kwalità tal-ħoss. Dan kollu se jgħin biex nipprovdu prodott turistiku aħjar.

    Is-siġġijiet ġodda huma ddisinjati biex jikkumplimentaw l-istil barokk tat-teatru u bis-saħħa tal-pożizzjoni ċentrali tagħhom, issa l-ispettatur jista’ jgawdi l-palk aħjar. Is-siġġijiet li kien hemm qabel kienu tqiegħdu madwar 30 sena ilu u kienu fi stat dgħajjef ħafna.

    Dan il-proġett inkluda wkoll ir-riabilitazzjoni tas-saqaf tat-teatru bl-intervent ewlieni li kien l-installazzjoni ta’ travi tal-azzar bħala support għas-sistema ta’ ventilazzjoni ġdida.

    Il-Gvern jinsab impenjat li anka fis-settur kulturali u artistiku jkompli jibqa’ jipprovdi l-aħjar possibbli b’mod li jtejjeb l-esperjenza ġenerali tal-pubbliku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook