Imniedi t-tieni pjan t’azzjoni għal persuni LGBTQI

  • Set 14, 2018 14:21
  • Miktub minn iNews

    “Wara l-qafas legali, jmiss li ħa napplikaw l-liġijiet tagħna fil-prattiku”

    Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli, iktar kmieni illum nediet it-tieni pjan ta’ strateġija u t’azzjoni fuq id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ. Dan il-pjan t’azzjoni sejjer jindirizza numru ta’ setturi differenti, fosthom drittjiet fuq il-post tax-xogħol, edukazzjoni iktar inklussiva, l-isport u s-saħħa. 

    “L-ewwel pjan ta’ dan il-Gvern f’dan is-settur kien li jkollna qafas leġislattiv; dan mhix talli sar, talli issa Malta tinsab fl-ewwel post mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropeja f’dan il-qasam. Madanakollu, għal-ħajja ta’ kuljum, il-liġi mhix biżżejjed: Irridu nassiguraw li dak li xtaqna li jsir fil-ligijiet tagħna jseħħ ukoll fil-prattika, permezz ta’ din l-istrateġija u pjan t’azzjoni.”

    Dalli ħabbret ukoll il-ħolqien ta’ dipartiment ġdid, bl-isem ta’ SOGIGESC unit, li sejjer ikun organu fi ħdan l-istess Direttorat tal-Integrazzjoni u tad-Drittijiet Umani fi ħdan l-istess Ministeru. Dan id-dipartiment sejjer jamministra l-implimentazzjoni tal-proposti u tal-emendi kif imniżżla f’dan il-pjan t’azzjoni, u sejjer ikun imexxi mill-attivista Gabi Calleja.

    “Nemmnu li Calleja hija l-persuna idejali biex tmexxi l-quddiem dan il-qasam. Il-pjan t’azzjoni għandu l-appoġġ tal-membri kollha tal-kabinett, liema appoġġ huwa neċessarju biex dan il-pjan ikun verament effettwat.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook