Malta Public Transport b'rotta ta’ bil-lejl ġdida bejn Tas-Sliema u Buġibba

  • Set 14, 2018 11:37
  • Miktub minn iNews

    Malta Public Transport illum qed tibda topera rotta ġdida ta’ bil-lejl bejn Tas-Sliema u Buġibba. Ir-rotta N212 se topera tul waħda mill-aktar rotot popolari peress li tgħaqqad lil Sliema Ferries u San Ġiljan ma’ Buġibba, mit-Tnejn sal-Ħadd.

    Ir-rispons pożittiv għar-rotta ta’ bi nhar bejn Tas-Sliema u Buġibba, numru 212, wassal lill-Malta Public Transport biex iżżid is-servizz mal-iskeda ta’ billejl sabiex tkun tista’ taqdi aħjar lill-passiġġieri.

    Din l-introduzzjoni tiġi wara s-suċċess li rat l-estensjoni tasservizz ta’ matul il-ġimgħa fuq ir-rotta N13 u r-rotta gdida N91. Ir-rotta ġdida N212 toħroġ minn Sliema Ferries għal San Ġiljan – Triq il-Kosta – San Pawl il-Baħar – Buġibba Terminus kull 30 minuta minn 23:12 sa 00:42.

    Il-vjaġġ lura jitlaq minn Buġibba Terminus – Qawra – Triq il-Kosta – San Ġiljan – Sliema Ferries kull 30 minuta minn 23:05 sa 00:35. Aktar dettalji dwar is-servizz jinstabu fuq is-sit ta’ Malta Public Transport

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook