Taħlit ta' kulturi u ideat fil-Mayors Conference for Sustainable and Livable Cities f'Yerevan

  • Set 14, 2018 00:19
  • Miktub minn iNews

    F'kumment li tana, is-Sindku taż-Żurrieq Ignatius Farrugia, qal li “f’dawn l-aħħar jien flimkien ma’ żewġ Sindki Laburisti oħra irrapreżentajna lil lokalitajiet tagħna u lil pajjiżna f’konferenza għas-Sindki min madwar id-dinja kollha fl-Armenja.

    “Flimkien mas-Sur David Schembri, Sindku tal-Qrendi u s-Sur Chris Sammut, Sindku tal-Ħamrun konna preżenti għal din il-konferenza importanti fejn ġie diskuss l-irwol tal-ibliet u l-irħula u ċ-ċittadini, u kif nistgħu ntejjbu s-servizzi li joffri l-Kunsill fil-lokalitajiet tagħna.

    “Ħallatna l-kulturi u l-ideat tagħna, f’workshops differenti. Fost ħafna pajjiżi li ħadu sehem f’din il-konferenza, fil-workshop group li pparteċipajt fih jien, ipparteċipaw ukoll Sindki mis-Sri Lanka, Ingilterra, Filippini, Nepal, Bangladesh, Singapore, Russja, Indja, Thailandja, Turkija, Azerbaijan, Italja, Svezja, Norveġja u d-Danimarka.

    “Tul din l-esperjenza ltqajt kemm mas-Sindku ta’ Yerevan ġewwa l-Armenja kif ukoll mal-Ministri tal-Gvern Armenjan. Qabel ma rfist ġo dan il-pajjiż, kont naħseb li huwa ferm differenti, biss x’hin esperjenzajtu bil-ftit jiem li għamilt stajt naprezza l-ġmiel ta’ pajjiż u l-akkoljenza tal-poplu tagħhom.

    “Konferenzi bħal dawn ikomplu jgħinu lilna s-Sindki ta’ Malta bil-limtazzjonijiet tar-riżorsi li għandna u jikkonfermaw li l-lokalitajiet Maltin għalkemm żgħar u bil-limitazzjonijiet tagħhom kapaċi joffru servizz tajjeb jekk mhux aħjar min ta’ pajjiżi kbar madwar id-dinja.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0