Laqgħa bejn il-Prim Ministru u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin - l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin b’numru ta’ proposti

  • Set 12, 2018 21:00
  • Miktub minn iNews

    F’laqgħa mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ l-proposti li saru mill-għaqda filwaqt li faħħar il-fatt li l-MDA ħolqot spazju ta’ diskussjoni. Qal li x-xogħol fuq il-baġit tas-sena d-dieħla beda numru ta’ xhur ilu u li l-mira hi li l-baġit li jmiss ikun ieħor fejn il-pajjiż jerġa’ jikseb surplus biex jintbagħat sinjal ċar li l-ekonomija tal-pajjiż hi sostenibbli.

    Il-Prim Ministru fakkar li l-gvern immexxi minnu fl-2013 wiret sitwazzjoni ta’ dejn li kien ilaħħaq aktar minn 70% tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż u li llum id-dejn nazzjonali qed iqarreb lejn il-50% u dejjem jonqos.

    Fejn jidħol il-qasam tal-proprjetà, il-Prim Ministru qal li l-outlook hu sostenibbli skont ir-rapport li sar mill-KPMG. Joseph Muscat saħaq li grazzi għall-proprjetà, il-ġid qed jiżdied speċjalment meta jiġi kkunsidrat li madwar 80% tal-Maltin huma sidien tad-djar. Madanakollu qal li hemm madwar 20% tal-populazzjoni li għal raġuni jew oħra mhix f’pożizzjoni li tixtri. F’dan il-qasam, importanti li jkun hawn suq li jservi lil dawn in-nies anke għax fl-aħħar snin kien hawn boom fis-suq tal-kera.

    Il-Prim Ministru saħaq li l-White Paper li se tiġi ppreżentata mill-Gvern dwar is-suġġett tal-kera jaf toħloq kontroversja, biss il-punt kruċjali hu li din l-inizjattiva tkun sforz bejn kulħadd biex jinkisbu r-riżultati adattati. Għalkemm is-suq għandu jibqa’ ħieles, irid ikun hemm regolazzjoni fejn pereżempju kull kuntratt tal-kiri ikun reġistrat, liema miżura minnha nnifisha diġà toħloq bażi ta’ struttura, tenna Dr Muscat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0