Triq l-Imġarr fin-Nadur se tinbena mill-ġdid

  • Set 12, 2018 20:20
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li mill-ġurnata tat-Tnejn se jibda x-xogħol biex Triq l-Imġarr fin-Nadur terġa’ tinbena mill-ġdid. Din it-triq arterjali hi traffikuża u tgħaqqad ir-raħal tan-Nadur mal-Port tal-Imġarr.

    Il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq, sistemi miżjuda ta’ sigurtà fit-triq biex jonqos ir-riskju tal-inċidenti u faċilitajiet biex is-servizzi neċessarji jgħaddu minn taħt it-triq. L-investment f’din l-arterja prinċipali hu wieħed fost diversi proġetti infrastrutturali li għaddejjin bħalissa f’Għawdex u jifforma parti minn oħrajn li diġà twettqu u oħrajn li se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

    Il-Ministru Caruana qalet li l-Ministeru qed jagħti importanza lil din it-triq peress li tinsab fi stat ħażin ħafna għax tħalliet mitluqa għal diversi snin. Spjegat li matul din is-sena twettqu jew se jibda x-xogħol f’numru ta’ toroq residenzjali u arterjali filwaqt li uriet apprezzament għax-xogħol preparatorju li diġà twettaq u li ilu għaddej diversi ġimgħat. Qalet li la x-xogħol kollu tul din it-triq u Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem ikun lest, il-poplu Għawdxi u dawk kollha li jżuru Għawdex se jinqdew aħjar fi triqithom lejn il-Port tal-Imġarr.

    Il-Ministru enfasizzat li l-Ministeru għal Għawdex irid jagħmel differenza fit-toroq f’Għawdex u għalhekk għandu pjan imħejji għall-2019. Dan fid-dawl ta’ diskussjonijiet li diġà saru ma’ Infrastruttura Malta biex isir xogħol li se jiġi mħabbar ’il quddiem.

    Il-Perit Godwin Sultana – li hu responsabbli mill-proġett – spjega t-teknika tax-xogħol involut biex it-triq tinbena mill-ġdid. Qal li l-ewwel fażi tax-xogħol hi li jiġu konsolidati l-bażi tat-triq u l-ħitan li jżommuha. Wara jsiru l-gutters għas-servizzi neċessarji qabel jingħata wiċċ ġdid.

    Is-Sindku tan-Nadur Edward Said laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li din l-arterja prinċipali se tingħata l-attenzjoni li ħaqqha. Sostna li bħala kunsill lokali ilhom iwasslu l-ilmenti tagħhom dwar din it-triq u l-periklu abbinat magħha. Appella lir-residenti Nadurin biex sakemm ix-xogħol jitlesta jużaw alternattivi oħrajn kif proposti minn Transport Malta filwaqt li rringrazzja lill-Ministru Justyne Caruana billi kienet hi li tat widen għall-Kunsill Lokali tan-Nadur u għar-residenti tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0