Iż-żgħażagħ jidħlu fiż-żarbun tal-Membri Parlamentari... Jitlaqqa l-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ

  • Set 12, 2018 19:40
  • Miktub minn iNews

    L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia mexxa l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ, attività ta’ kull sena li tiġi organizzata flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Din l-attività tagħti opportunità liż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-35 sena biex jiddibattu suġġetti magħżulin minnhom stess.

    Farrugia tkellem dwar l-importanza li kull persuna tgħix b’dinjità. Ħajja dinjituża tfisser li d-drittijiet u l-libertajiet essenzjali u fundamentali tal-persuna mhux biss ikunu sanċiti mil-liġi iżda jkunu wkoll, b’mod tanġibbli, imħarsa u garantiti mill-Istat. Fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Bniedem ta’ Diċembru 1948, l-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti impenjaw ruħhom biex jippromwovu r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-bniedem li huma s-sisien ta’ kull stat demokratiku u ta’ kull demokrazija rappreżentattiva.

    L-Ispeaker qal li inizjattivi bħalma hi tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ għandhom l-għan li jħeġġu parteċipazzjoni politika aktar attiva fost iż-żgħażagħ. Tenna li hu d-dover tal-politiċi u anke taż-żgħażagħ li qed iressqu l-proposti tagħhom li jkunu responsabbli u jaħdmu dejjem għat-titjib tal-ġid komuni ta’ pajjiżna.

    Is-seduta kienet maqsuma f’żewġ sessjonijiet. Matul is-sessjoni għall-adoloxxenti ta’ etajiet bejn it-13 u t-18-il sena tressqu tliet riżoluzzjonijiet proposti dwar il-media u l-ġurnaliżmu f’Malta; l-istrateġija għall-iżvilupp tal-bini f’Malta; u l-Vot 16: Edukazzjoni Ċivika.

    Matul it-tieni sessjoni, dik għaż-żgħażagħ ’il fuq minn 19-il sena, ġew diskussi tliet riżoluzzjonijiet li kienu jitrattaw is-saħħa mentali f’Malta; ir-riforma tal-liġi tal-prostituzzjoni; u l-legalizzazzjoni tal-marijuana.

    Is-seduta ġiet indirizzata minn Michael Piccinino, il-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li tkellem dwar proposti li tqajmu mill-Kunsill fil-passat u li eventwalment ġew adottati mill-Parlament Malti permezz ta’ emendi fil-liġijiet relattivi.

    Din l-edizzjoni tal-Parlament taż-Żgħażagħ kienet ukoll indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli u Ryan Callus.

    Diversi membri parlamentari oħrajn miż-żewġ naħat tal-Kamra attendew dawn is-seduti tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ, fosthom il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis, Robert Abela, David Agius, Byron Camilleri, Rosianne Cutajar u Glenn Bedingfield.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook