Minn fuq il-karta għall-prattika: pass eqreb lejn il-viżjoni ta’ Ewropa soċjali

  • Set 12, 2018 18:20
  • Miktub minn iNews

    Proġetti soċjali taħt il-programm 2014-2021 ffinanzjati min-Norveġja u mill-pajjiżi taż-żona Ekonomika Ewrope:

     

    • It-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali fis-saħħa, implimentat mill-Ministeru għas-Saħħa, €2,407,059
    • Opportunity Knocks (OK), implimentat minn Aġenzija Appoġġ ġewwa FSWS, €941,176
    • Taħriġ għall-ħaddiema tal-kunsilli lokali fil-prinċipji ta’ governanza tajba, trasparenza u kontabbiltà, €200,000 miżjuda mal-€1.1 miljun diġà allokati għall-kunsilli lokali fiż-żoni urbani għad-Dipartiment tal-Gvern Lokali mal-MJCL
    • Riġenerazzjoni tal-Mużew Marittimu ta’ Malta, implimentat minn Heritage Malta, €2,015,529

     

    Ewropa soċjali, jew aħjar, il-mudell soċjali Ewropew, hi l-viżjoni li l-Gvern għandu u li llum il-ġurnata qed jimplimenta b’miżuri u bi proġetti prattiċi. Dan il-mudell, li għandu jwassal għal tkabbir ekonomiku sostenibbli flimkien ma’ livell għoli ta’ għajxien u ma’ kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, illum qed ngħixuh permezz ta’ proġetti li qed jiġu ffinanzjati minn fondi Ewropej.

    Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia waqt li ħabbar numru ta’ proġetti soċjali li jagħmlu parti mill-programm 2014-2021 u li huma ffinanzjati min-Norveġja u mill-pajjiżi taż-żona Ekonomika Ewropea, u li permezz tagħhom se jiġi mitigat in-numru ta’ tfal, ta’ żgħażagħ u ta’ persuni vulnerabbli li jinsabu f’riskju ta’ faqar jew li jiġu marġinalizzati fost prijoritajiet oħrajn.

    Aaron Farrugia qal li Ewropa soċjali hi ċ-ċavetta biex l-istati membri Ewropej jindirizzaw ir-riperkussjonijiet li ħalliet warajha l-kriżi finanzjarja internazzjonali kif ukoll l-impatt li s-suq ewlieni Ewropew ħalla fuq iċ-ċittadini Ewropej minħabba kompetizzjoni soċjali u fiskali iktar ħarxa. Semma diversi sfidi oħrajn fosthom populazzjoni li qiegħda dejjem tixjieħ, is-sostenibbiltà tal-benefiċċji soċjali li pajjiżna jipprovdi kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali li qed ngħixu u li qed timpatta l-industriji u n-negozji.

    Is-Segretarju Parlamentari qal li fil-kuntest ta’ żieda notevoli fil-popolarità ta’ forzi ewroxettiċi u populisti, gvern għaqli jindirizza l-inugwaljanzi u d-diverġenzi fil-pajjiż kif ukoll jaċċerta li jkun hemm konverġenzi soċjali u ekonomiċi mal-istrata kollha tas-soċjetà. 

    Fid-dawl ta’ dan kollu, proġetti ffinanzjati bil-fondi Ewropej jistgħu jgħinu b’investiment neċessarju. Pajjiżi bħan-Norvegja, Liechtenstein u l-Iżlanda huma pijunieri fil-mudell soċjali li rridu għal pajjiżna u r-relazzjonijiet fil-qrib magħhom jawguraw tajjeb għall-ġejjieni. Malta se tibbenefika €8 miljun mill-EEA u fondi mill-Gvern Norveġiz taħt il-programm 2014 u 2021 b’miri ċari, dawk li jassistu fl-iżvilupp urban ta’ pajjiżna u l-miri li l-Gvern għandu biex ikompli jnaqqas il-faqar.

    Min-naħa tagħha, l-Ambaxxatriċi Norveġiża għal Malta Margit Tveitan qalet li l-programm jgħin biex jitkattru r-relazzjonijiet bilaterali u l-bdil tal-għerf miżbuq bejn iż-żewġ naħat isaħħaħ ir-relazzjoni bejn Malta u n-Norveġja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook