Il-GWU tingħata tifkira għall-vittmi Maltin ta’ 11 ta’ Settembru

  • Set 12, 2018 16:28
  • Miktub minn iNews
"

    Matul il-ġurnata tal-bieraħ, fis-sbatax l-anniversarju mill-attakki terroristiċi f’New York u Washington ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika, il-General Workers Union esebiet montaġġ magħmul minn Challie Turu Spiteri. 

    Il-montaġġ jagħmel tifkira speċjali għal Brian Cachia (l-unika vittma ta’ nazzjonalita Maltija li hija kkonfermata b’mod uffiċjali), filwaqt li jsellem il-memorja tal-ħaddiema u vittmi l-oħra li tilfu ħajjithom dik il-ġurnata. Brian Cachia kellu sitta u għoxrin sena, meta fid-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu, waqt li kien qiegħed fil-103 sular tan-North Tower fi ħdan il-World Trade Centre, ħabat l-ewwel ajruplan (American Airlines Flight 11).

    Spiteri huwa artist Malti-Amerikan, kif ukoll analista u konsulent legali fuq il-liġijiet Maltin u Amerikani. Huwa spjega kif huwa xtaq jagħti din it-tifkira lill-General Workers’ Union, kemm minħabba l-75 sena Anniversarju mit-twaqqif tagħha, kif ukoll minħabba l-irwol tagħha ta’ tarka tal-ħaddiema f’Malta u Għawdex.

    “Fl-attakki tal-11 ta’ Settembru, tilfu ħajjithom eluf ta’ ħaddiema differenti, kemm dawk li kienu jinsabu fuq il-post, kif ukoll dawk il-membri tal-pulizija tal-protezzjoni ċivili Amerikana li tilfu ħajjithom waqt l-attakki.”

    Spiteri semma wkoll kif bħalissa, huwa qiegħed f’battibekk mal-Istate Department tal-Istati Uniti, biex uffiċjalment jirrikonoxxu lil Steven Genovese, persuna oħra li kien vittma tal-attakki tal-11 ta’ Settembru, li kien dixxendent tat-tielet ġenerazzjoni minn Għawdex.

    “Legalment, is-Sur Genovese għandu jiġi meqjus bħala t-tieni vittma ta’ nazzjonalita Maltija, u għadni niġġieled sal-lum il-ġurnata biex jkun hemm dan ir-rikonoxximent uffiċjali.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0