Jidħol f'għassa tal-Pulizija b'ras martu mħanxra għax kellha relazzjoni barra ż-żwieġ

  • Set 12, 2018 13:00
  • Miktub minn iNews

    Fi storja mill-aktar xokkanti fl-Indj, raġel daħal f’għassa tal-Pulizija u ħareġ ras martu mħanxra minn basket tal-plastik li kien qed iġorr.

    Qed ikun rapportat li r-raġel, Satish ta; 35 sena, daħal fl-Għassa tal-Pulizija b’machete u beda jisħaq li qatel lil martu Roopa.

    Uffiċjal tal-Pulizija li kien preżenti ġibed filmat ta’ dak li kien qed jiġri, hekk kif Satish poġġa l-basket mal-art u ħareġ ras martu minn ġewwa fih.

    Huwa beda jgħajjat “Sinjur, din hija marti. Tajta l-imħabba kollha tiegħu”, qabel ma uffiċjal tal-Pulizija jinstema’ jgħajjat miegħu biex jerġ’ jpoġġi ras il-mara fil-basket.

    Huwa mbagħad qal lill-Pulizija li martu kellha relazzjoni barra ż-żwieġ u kien wara li qabadha fil-fatt mar-raġel l-ieħor li kien inħakem minn rabja kbira.

    Saħansitra huwa qal li l-mara kienet anke ssellfet somma flus mill-bank u tagħat is-somma lill-maħbub tagħha.

    Ir-raġel inżamm arrestat wara li wera lill-Pulizija fejn kien ħalla ġisem martu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook