Is-sigurtà tal-pazjenti u l-prezzijiet tal-mediċini diskussi waqt il-laqgħa tal-Ministri Ewropej tas-Saħħa fi Vjenna

  • Set 12, 2018 12:25
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li indirizza l-laqgħa tal-Ministri Ewropej tas-Saħħa fi Vjenna, l-Awstrija, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne qal li l-istati membri għandhom jikkoperaw fejn għandhom x’jaqsmu l-prezzijiet tal-mediċini.

    Id-Deputat Prim Ministru qal li s-sena li għaddiet f’pajjiżna nħoloq grupp ta’ stati membri, il-Valletta Group, illum magħmul minn għaxar stati membri: Malta, Ċipru, il-Greċja, l-Italja, Spanja, il-Portugall, l-Irlanda, ir-Rumanija, il-Kroazja u s-Slovenja li flimkien qed jaħdmu biex jibnu relazzjoni aktar soda mal-industrija tal-farmaċewtika.

    “L-ewwel biċċa xogħol importanti kienet li tinbena l-fiduċja. Mhix faċli. Iżda din hi l-unika għażla li għandna. Jekk ma nikkoperawx f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet, id-deċiżjoni tal-prezzijiet se tkun barra minn idejna”, qal Chris Fearne.

    Id-Deputat Prim Ministru faħħar inizjattivi bħal Valletta Declaration u Beneluxa u ħeġġeġ aktar stati membri biex jaħdmu id f’id għall-ġid tal-pazjent.

    F’intevent ieħor tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fi Vjenna, tkellem dwar l-importanza tat-teknoloġija fil-qasam tas-saħħa u r-responsabbiltajiet li ġġib magħha. 

    “L-internet, artifical intelligence u blockchain qegħdin u se jkomplu jimpattaw il-kura tas-saħħa għall-pazjenti tagħna. Minflok nadattaw għal teknoloġiji żviluppati f’setturi oħrajn, aħna, bħala Ministri għas-Saħħa, il-Kunsill tas-Saħħa u anke f’livell ta’ Kummissjoni, għandna nkunu aħna li mmexxu t-triq fl-iżvilupp tad-digital health technology”, qal id-Deputat Prim Ministru.

    Permezz tal-blockchain nistgħu niġbru informazzjoni medika u nagħtu l-għodod neċessarji lill-pazjenti biex jieħu r-responsabbiltà tal-kura tagħhom fost oħrajn, iżda, żied id-Deputat Prim Ministru, dan irid jimxi id f’id mas-sigurtà. “Hekk kif aktar informazzjoni ssir disponibbli u ssir diġitalizzata, il-protezzjoni tal-istess data ssir aktar u aktar importanti”, qal id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0