“It-trobbija hija iktar minn sempliċi kura tal-ħtiġijiet fiżiċi tat-tarbija”

  • Set 12, 2018 09:35
  • Miktub minn iNews

    Il-Kummissarju tat-tfal, fid-dawl tal-istorja ta’ Cristiano, tgħid li min ikun qed irabbi irid juri impenn sħiħ fit-trobbija…

    Kulħadd jaqbel li t-trobbija tat-tfal iġġib magħha diversi sfidi fil-ħajja ta’ kull ġenitur u persuni oħra li jkollhom sehem fit-trobbija.

    Kull ġenitur għandu l-istil u l-metodi tiegħu/tagħha ta’ trobbija. M’hemm l-ebda stil ‘ideali’ li persuna tista’ timplimenta u ma tistax tuża l-istess stil għall-każijiet u s-sitwazzjonijiet kollha.

    It-trobbija xierqa u siewja tat-tfal dejjem tibqa’ sug?g?ett importanti ħafna u validu immens.

    Fid-dawl ta’ dan niftakru fit-tifel, li s’issa ingħata l-isem ta’ Cristiano, li l-Ġimgħa li għadda nstab f’parapett f’Buġibba. Issa li Cristiano jinsab għand is-sorijiet tal-Ursolini, bosta kienu dawk li qajmu diskussjoni rigward it-trobbija li ntgħażlet li tingħata lil dan it-tifel.

    Tkellimna mal-Kummissarju tat-tfal Pauline Miceli u qalet li t-trobbija tfisser aktar minn sempliċi kura tal-ħtiġijiet fiżiċi tat-tarbija. 

    “Il-logħob, it-tħaddin u l-preżenza kostanti tal-persuni fdati bit-trobbija huma essenzjali biex it-tarbija tħossha sikura u maħbuba. Ġeneralment l-omm tassumi din ir-responsabbilità għalkemm qed naraw iktar missirijiet li qed jinvolvu ruħhom iktar fit-trobbija.”

    Miceli tkompli tgħid li hemm wkoll adulti ohra li jkunu qed irabbu t-tfal fdati lilhom u jeżistu ukoll numru ta’ tfal qed jitrabbew minn ġenitur wiehed.

    Hija qalet li l-importanti hu li min ikun qed irabbi juri impenn sħiħ fit-trobbija biex it-tarbija tkun tista’ tibni relazzjoni soda u b’saħħitha.
    Hija tisħaq li fattur mill-iktar importanti għall-iżvilupp mentali u emozzjonali tat-tarbija huwa l-bonding mat-tarbija. Dan għaliex jirrifletti l-imħabba u l-kuntatt mill-qrib imqar ta’ persuna waħda familjari fl-ewwel snin ta’ ħajjitha.

    Tajjeb li wieħed ikun jaf li għal dawn l-aħħar snin, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, ħadmet bis-sħiħ sabiex iżżid l-għarfien dwar l-importanza li t-tfal jingħataw trobbija b’mod pożittiv ‘il bogħod minn kull tip ta’ vjolenza.

    Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, permezz tal-Aġenziji Appoġġ u Sedqa, toffri sapport lil bosta tfal u l-familji tagħhom permezz tad-diversi servizzi u programmi fil-komunità. Il-Fondazzjoni taħdem sabiex iżżid il-kuxjenza fost il-pubbliku kontra l-abbuż, tipproteġi lit-tfal, u tgħin lill-familja tibqa’ b’saħħitha. Huwa importanti li l-ġenituri jiżviluppaw ħiliet u jidentifikaw riżorsi li għandhom bżonn biex jifhmu u jilħqu l-bżonnijiet ta’ uliedhom u jipproteġuhom. Qatt mhu tard wisq biex ġenitur jibdel l-istil ta’ trobbija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0