L-Isqof George Bugeja: “Il-Maltin fil-Libja kollha f'saħħithom” … Isostni li t-tensjoni fil-pajjiż naqset ħafna

  • Set 12, 2018 08:44
  • Miktub minn iNews

    L-Isqof ta' Tripli George Bugeja irrimarkalna li l-Maltin li hemm jaħdmu u jgħixu fil-Libja jinsabu kollha fi stat tajjeb.

    Ikkuntattjajna lil Monsinjur Bugeja wara li dan wasal Malta mil-Libja fejn ilu għal dawn l-aħħar tliet snin jaħdem fil-kapitali Tripli bħala Isqof Koadjutur tal-Vigarju Appostoliku.

    Huwa beda biex għamilha ċara li kuntrarjament għal rapporti li dehru f'mezzi tax-xandir oħra huwa ma ġiex evakwat.

    Monsinjur Bugeja qalilna li huwa kien ġej fit-30 t'Awwissu kemm fuq xogħol kif ukoll biex jattendi l-festa tal-Vitorja fix-Xagħra, Għawdex, fejn twieled u trabba'.

    Madankollu minħabba s-sitwazzjoni iddeċieda li jibqa' hemm sakemm l-ajruport jaħdem normali u miegħu ġew Malta tliet sorijiet ta' Madre Tereża biex iqattgħu ftit tal-jiem ta' mistrieħ fostna.

    Mistoqsi kif inhija s-sitwazzjoni preżenti fil-Libja, wara li ftit tal-jiem ilu reġa' żbroffa l-ġlied bejn milizji differenti li wassal għall-mewt ta' 40 persuna, Monsinjur Bugeja qal li t-tensjoni niżlet ħafna.

    Huwa stqarr li mindu tliet snin ilu laħaq isqof ta' Tripli sal-lum iħoss li s-sitwazzjoni marret għall-aħjar.

    “Tliet snin ilu kont tara s-suldati u t-tankijiet tal-gwerra barra. Illum ma tarahomx u joħorġu meta jkun hemm kunflitt bħalma ġara dan l-aħħar. It-toroq huma aktar 'safe' minn tliet snin ilu”.

    Mitlub jgħid jekk il-ġlied fi Tripli huwiex mifrux mal-belt jew iffukat fuq partijiet partikolari, Monsinjur Bugeja qal li dan l-aħħar kien hemm ġlied lejn in-naħa t'isfel tal-belt fejn milizija ippruvat tidħol f'zona ċentrali.

    Dwar x'kuntatt għandu mal-Maltin, huwa spjegalna li Maltin ma tantx hemm fil-pajjiż u dawk li hemm jinsabu f'Palm City tal-Corinthia li tinsab 'il barra miċ-ċentru ta' Tripli.

    Monsinjur Bugeja qalilna li huwa kellu kuntatt magħhom għalkemm m'għandux idea eżatt ta' kemm hemm, għax jiġu u jmorru, imma mill-informazzjoni li għandu m'hemmx feruti u “kollha owkej”.

    Rigward il-moral tan-nies li jgħixu fil-pajjiż huwa qal li kulħadd qed jistenna żmien aħjar u dejjem tibqa' it-tama li l-Libja toħroġ minn din is-sitwazzjoni fejn anke hemm elezzjoni ippjanata għall-10 ta' Diċembru li ġej.

    “It-tama hija l-aħħar li tmut. Anke jien nittama li s-sitwazzjoni titjieb. Bl-għajnuna t'Alla għala le?”, żied jgħidilna l-Isqof ta' Tripli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook