“Il-kirjiet żdiedu b’rata li mhix fl-istess livell kif għolew il-pagi”

  • Set 12, 2018 07:53
  • Miktub minn iNews
"

    Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) jitkellem ma’ Inewsmalta dwar ir-rwol prinċipali tal-Istat fis-settur tal-kera u l-proposti tal-Union għall-White Paper fir-Riformi tas-Suq tal-Kera…

    Meta l-Gvern ħabbar li kien qed jipprepara White Paper li kellha għal darb’oħra tagħmel riforma fis-suq tal-kera, il-GWU ħasset li llum aktar minn qatt qabel is-suq tal-kera għandu jkun regolat, jew aħjar iggwidat, biex joħloq bilanċ u protezzjoni kemm għas-sid kif ukoll għall-inkwilin. Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja jsostni li, “it-tkabbir ekonomiku mgħaġġel li qed jesperjenza pajjiżna qed iwassal għal dependenza  akbar ta’ eluf ta’ ħaddiema barranin. Din iż-żieda ta’ ħaddiema barranin qiegħda toħloq pressjoni fuq is-suq tal-proprjetà speċjalment dak tas-suq tal-kera.” 

    Is-Sur Bugeja qalilna kif konsegwenza ta’ hekk inħolqot sitwazzjoni eċċezzjonali fejn il-kirjiet żdiedu b’rata li mhix fl-istess livell ta’ kif għolew il-pagi f’Malta u l-ħtieġa urġenti li ssir regolarizazzjoni u linji gwida li jipproteġu lill-inkwilin mingħajr ma jinħonoq jew jitnaffar l-investiment. 

    Il-GWU tisħaq dear ir-rwol prinċipali tal-Istat, li barra l-bżonn li jirregola u jigwida s-suq, huwa għandu jgħin li dawk l-aktar vunerabli billi jipprovdi akkomadazzjoni soċjali. It-tieni rwol tal-Istat għandu jkun dak ta’ regulator. “Bħal kwalunkwe attività kummerċjali oħra l-Gvern għandu jfassal regolamenti li jiggwidaw aħjar is-suq tal-kera bil-għan li tinħoloq alternattiva għas-sitwazzjoni preżenti fejn id-dritt universali għall-akkomodazzjoni jinsab suġġett għall-isfruttament tal-ispekulaturi tal-proprjetà,” ikompi s-Segretarju Ġenerali tal-GWU.

    L-għan huwa li jinħoloq ambjent fejn filwaqt li s-sidien ikunu fil-libertà li jikru l-proprjetà tagħhom u jkollhom garanzija ta’ dħul xieraq, ikun garantit ukoll li l-kirja mitluba tkun ġusta u tirrifletti l-kobor tal-post u l-valur tal-proprjetà.

    Il-Union temmen li parti oħra ta’ soluzzjoni hi li l-Istat għandu jkompli jinċentivizza biex in-nies isiru sidien tad-djar tagħhom. “Il-GWU hija wkoll tal-fehma li l-Gvern għandu jassigura li jkun hawn disponibbiltà akbar u kontinwa ta’ proprjetajiet li huma intiżi għall-kiri. Permezz ta’ din id-disponibbiltà biss nistgħu nassiguraw kompetizzjoni ‘l isfel f’dawk li huma valur tal-kirijiet mitluba,” itemm jgħid Bugeja.

    Il-GWU tipproponi li:

    Tinħoloq Awtorità tal-Kiri li tieħu l-irwol ta’ regolatur. Fost id-dmirijiet li din l-awtorità għandha tassumi hemm dak li hu magħruf bħala l-Bord tal-Kera bil-kapaċità ta’ Tribunal; 

    Il-Gvern iwettaq dak li hu diġà permess mil-liġi preżenti fil-każ ta’ kirjiet kummerċjali u joħloq Indiċi tal-Valur Kummerċjali tal-Proprjetà bi Skop Residenzjali, bil-għan li jipprovdi linji gwida tal-valur reali tal-proprjetajiet skont id-diversi żoni tal-pajjiż, il-kobor tal-proprjetà u s-servizzi provduti. Dan ikun servizz ta’ referenza kemm għas-sid, kif ukoll għall-inkwilini prospettivi;

    Jitwal il-perjodu minimu tal-kiri minn sitt xhur għal erba’ snin. Dan bil-għan li l-inkwilini jkollhom serħan il-moħħ li qegħdin jikru post li jipprovdilhom stabbiltà. Barra minn hekk perjodu itwal ta’ kiri jiddistingwi l-postijiet reġistrati għall-kirjiet għal skopijiet ta’ residenza ewlenija minn kirjiet għall-skopijiet ta’ attività kummerċjali fil-qasam turistiku; 

    Issir armonizzazzjoni ta’ diversi liġijiet li jirregolaw il-kirjiet f’pajjiżna għal skop residenzjali. Dan bil-għan li kemm is-sidien, kif ukoll l-inkwilini jkollhom aċċess ċar u komplet għal-liġijiet f’dan is-settur li jippermettulhom jippjanaw il-futur tagħhom;

    Ikun mandatorju li meta s-sid jirreġistra l-proprjetà mal-Awtorità tal-Kiri jipprovdi u jiddepożità kull ċertifikazzjoni relevanti li tipprova li l-post huwa tajjeb għall-abitazzjoni, li huwa wkoll skont il-kriterji dwar il-konsum enerġetiku, tas-sanità u tas-saħħa u sigurtà; 

    Għandu jkun stabbilit perċentwal ġust skont il-valur attwali tal-proprjetà li jiġi konvertit f’ammont ta’ kera. Persuni li d-dħul tagħhom ma jikkwalifikawx mal-banek biex jixtru l-proprjetà tagħhom għandhom jingħataw kull għajnuna. Għandu jkun hemm distinzjoni bejn ir-rata tal-kiri u r-rata ta’ ħlas lura għas-self tax-xiri tal-proprjetà residenzjali; 

    Bil-għan li jiġu evitati tilwimiet bla bżonn bejn is-sid u l-inkwilin, id-depożiti ta’ garanzija – li għandhom l-għan li jkopru ħsarat li jistgħu jsiru fil-post mikri mill-inkwilin – għandhom ikunu depożitati flimkien mal-kuntratt għand l-Awtorità; 

    Kuntratti fit-tul għandhom ikunu miftehma dwar kif il-kirja se tiżdied. Din għandha tiżdied skont l-għoli tal-ħajja u għandha tkun riveduta kull erba’ snin; 

    Is-sid igawdi minn inċentivi fiskali biex jitħeġġeġ li jiffinalizza kirjiet b’valur ġust; 

    Għandu jitqies li s-sid ikun wettaq reat kriminali jekk jonqos li jonora l-obbligi tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjoni tal-proprjetà għal skop ta’ abitazzjoni bħal ma huma: livelli ta’ sanità, saħħa u sigurtà tal-post, ambjent u manutenzjoni. L-abbandun ta’ tali obbligi għandhom iwasslu għal sanzjonijiet severi fosthom li jista’ jitlef id-dritt għall-kera; u

    Il-benefiċċji tal-kera jibdew jingħataw lill-inkwilini li jkunu eleġibbli f’forma ta’ kreditu fit-taxxa jew f’forma ta’ għajnuna supplimentari. L-eleġibbiltà tal-inkwilin għandha tkun waħda kunfidenzjali u s-sid ma jkunx involut fil-proċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0