Għawwiem Malti b'suċċessi fl-Ingilterra

  • Lul 26, 2012 14:14
  • Miktub minn

    L-għawwiem ta’ Birkirkara St. Joseph fl-Open Water Long Distance Keith Bartolo rritorna mir-Renju Unit b’suċċess ieħor f’ismu.

    Bartolo għamel programm ta’ tliet ġimgħat ta’ taħriġ intensiv li fihom ħa sehem fl-Irish Long Distance Swimming 15 kilometre Championships u fiċ-Champion of Champions Race organizzata mill-British Long Distance Swimming Association.

    Dawn iż-żewġ avvenimenti kienu test diffiċli għall-kapaċità ta’ Bartolo f’baħar imqalleb. Il-baħar tant kien imqalleb li r-rotta taż-żewġ tlielaq kellhom jinbidlu mill-organizzaturi.

    Iżda r-riżultati finali kienu prova li t-taħriġ intensiv li għamel l-għawwiem ta' Birkrikara St. Joseph fix-xhur tax-xitwa ta l-frott mixtieq.Bartolo spiċċa fil-ħames post tal-Irish Championships, u rriġistra ħin ta’ kwalfiika għall-għawma prestiġġjuża tar-Round Manhattan Swim 2013 fl-Istati Uniti.

    Fiċ-Champion u Champions Swim, Bartolo spiċċa fl-10 post tat-tellieqa fuq 15-il kilometru. Issa Bartolo qed jittama li t-temp fir-Renju Unit ikun aħjar għall-parteċipazzjoni li jmissu fl-għawma ta’ 26 kilometru minn Jersey sa Franza u fl-għawma ta’ 64 kilometru madwar Jersey ġimgħa wara.

    Dawn iż-żewġ għawmiet huma l-11 u t-12 l-aktar prestiġġjużi fid-dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0