Marsaskala jtemmu l-istaġun bil-kbir bir-rebħ tan-Knock Out

  • Set 12, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Marsaskala............................12

    Birżebbuġa..............................8

    (4-1, 4-1, 2-2, 2-4)

    Marsaskala temmew l-istaġun bl-aħjar mod possibli meta rebħu n-Knock-Out tal-Ewwel Diviżjoni, fejn kellhom wirja mill-aqwa u ġabu fix-xejn l-isfida ta' Birżebbuġa meta għelbuhom bl-iskor ta' 12-8, b'Birżebbuġa meta wieħed iqis l-andament tal-istaġun tagħhom, bdew kemmxejn favoriti li jirbħu dan l-unur. Għal Marsaskala impressjona s-solitu player Kroat Andrija Vlahovic li skorja ħames goals, waqt li I-Ispanjol Sergi Mora kien l-aqwa skorer ta' Birżebbuġa b'erba' goals personali.

    Marsaskala għamlu l-intenzjonjiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 4-1 bil-goals għalihom jaslu mill-Kroat Andrija Vlahovic (2), Liam Grixti u Jake Bajada. Min-naħa l-oħra Mikhael Cutajar skorja l-uniku goal għal Birżebbuġa.

    L-Iskalin komplew jiddominaw u rebħu wkoll it-tieni sessjoni bl-istess skor li bih ittrijonfaw fl-ewwel sessjoni jiġifieri dak ta' 4-1 bl-iskores għalihom ikunu Jean Claude Cutajar, Daniel Borg Millo u Andrija Vlahovic (2). Dan sabiex l-Ispanjol Sergi Mora wieġeb għal Birżebbuġa biex sa tmiem it-tieni sessjoni, il-partita kienet diġà mirbuħa u mitlufa.

    Birzebbuġa wettqu reazzjoni tajba fit-tielet sessjoni u rnexxielhom iżommu lil Marsaskala fi draw ta' 2-2 biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Mattias Ortoleva u Sergi Mora. Min-naħa l-oħra, Christian Mifsud u Jake Bajada, wieġbu għal Marsaskala.

    Birżebbuġa komplew jirriżultaw bħala l-aħjar team fir-raba' u l-aħħar sessjoni iżda din ir-risposta tagħhom waslet tard wisq biex almenu jisfurzaw il-ħin barrani. Huma rebħu din is-sessjoni bl-iskor ta' 4-2 bil-goals għalihom jaslu minn doppjetta ta' Sergi Mora li b'hekk irreġistra poker personali u oħra ta' David Cutajar. Dan filwaqt li ż-żewġ goals Xlukkajri waslu minn Reinhard Attard u Andrija Vlahovic b'dan il-goal ikun il-ħames wieħed għal dan tal-aħħar.

    Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Edward Carabott, 4-Daniel Borg Millo (1), 5-Andrija Vlahovic (5), 6-Liam Grixti (1), 7-Kyle Navarro, 8-Jeremy Borg, 9-Jake Bajada (2), 10-Christian Mifsud (1), 11-Duncan Cassar, 12-Reinhard Attard (1), 13-Joseph Cremona Coach: Pierre Borg

    Birżebbuġa:1-David Abela, 2-Max Borg, 3-Neil Cassar, 4-David Pace Lupi, 5-Sergi Mora (4), 6-Jordan Buhagiar, 7-Simon Vassallo, 8-David Cutajar (2), 9-Stephen Micallef, 10-Mikhael Cutajar (1), 11-Mattias Ortoleva (1), 12-James Zerafa Gregory, 13-Daniel Spiteri Coach: Marco Risso

    Referees: Peter Balzan, Giovanni Lo Dico 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0