Teżisti l-possibbiltá li tiġi organizzata kompetizzjoni oħra Ewropea

  • Set 12, 2018 00:43
  • Miktub minn iNews

    Kompetizzjoni oħra għall-klabbs Ewropej tista’ tiġi ntrodotta flimkien mal-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League mill-2021.

    Il-kap tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-klabbs, Andrea Agnelli, li jinsab ukoll fil-kumitat eżekuttiv tal-Uefa, qal "Nista’ ngħid li ngħatat l-approvazzjoni biex din il-kompetizzjoni tkun fis-seħħ.”

    Huwa ma ta l-ebda dettalji dwar kif il-kampjonat se jkun organizzat.

    "Il-mudell attwali jeħtieġ li jimmodernizza," qal Agnelli.

    Waqt l-Assemblea Ġenerali Annwali tal-ECA, fil-Kroazja,nhar it-Tlieta li għadda, huwa sostna li t-tielet kompetizzjoni żżid in-numru ta’ klabbs involuti fil-football Ewropew minn 80 għal 96.

    F'dikjarazzjoni, il-Uefa qalet li "qegħdin dejjem nirrevedu l-format tal-kompetizzjonijiet u qegħdin inħarsu lejn varjetá ta’ għazliet".

    Il-Uefa qeda tiddiskuti diversi ideat fil-kumitat tal-kompetizzjonijiet tal-klabbs qabel ma ssir kwalunkwe deċiżjoni dwar bidliet potenzjali.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0