Waterpolo: Finali tan-KO: San Ġiljan jirbħu b’goal drammatiku ta’ Ben Plumpton

  • Set 12, 2018 00:34
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    San Ġiljan………………………..10

    Neptunes…………………………..9

    (2-1, 1-3, 2-4, 5-1)

    Kellu jkun goal drammatiku ta’ Ben Plumpton li ta r-rebħ tan-Knock-Out lil San Ġiljan meta s-Saints għelbu lil Neptunes bl-iskor ta’ 10-9, biex b’hekk wettqu tpattija sportiva fuq il-ġirien tagħhom iżda rivali eterni, wara li propju Neptunes kienu għelbu lill-Ġiljaniżi fil-finali tal-Kampjonat biex saru champions għall-25 darba.

    Ta’ nota huwa l-fatt li Neptunes reġa’ kellhom lill-coach Jovan Popovic sospiż fejn reġa’ assuma r-responsabbiltajiet ta’ coach, l-assistent tiegħu, Nenad Navaric.

    San Ġiljan ħarġu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 biż-żewġ goals għalihom jaslu mill-captain Matthew Zammit u Paul Fava. Dan filwaqt li l-player żagħżugħ li skorja l-goal deċisiv fit-tielet leg tal-finali tal-play-offs kontra l-istess San Ġiljan, Gabriel Pace, sab ix-xibka għal Neptunes minn sitwazzjoni ta’ man-up wara li tkeċċa ż-żagħżugħ Ben Plumpton għall-Ġiljaniżi.

    Madankollu, fit-tieni sessjoni, Neptunes wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħuha bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals għalihom jaslu mill-Kroat Petar Muslim (2) u Jordan Camilleri, waqt li Ben Plumpton wieġeb għas-Saints.

    Neptunes komplew jiddominaw u rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 4-2 bl-iskorers għalihom ikunu Stevie Camilleri (3) u l-captain Niki Lanzon minn sitwazzjoni ta’ man-up wara li tkeċċa l-player ta’ san giljan dino zammit. Dan filwaqt li Dino Zammit u Ben Plumpton skorjaw għas-Saints b’dan tal-aħħar jirnexxielu jsib ix-xibka mir-rebound wara li xutt ta’ Andreas Galea kien stampa mal-wieqfa.

    San Ġiljan wettqu reazzjoni inkrediibli fir-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-1 goals għalihom jaslu minn Matthew Zammit, Dino Zammit, il-Kroat Paulo Obradovic (2) u Ben Plumpton propju fl-aħħar sekonda, b’dan ikun ikun il-goal li ta r-rebħa drammatika lill-Ġiljaniżi. Min-naħa l-oħra l-goal uniku għal Neptunes wasal minn Gabriel Pace.

    San Ġiljan 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea, 4-Ben Grech, 5-Christian Farrugia, 6-Matthew Zammit (2), 7-Ben Plumpton (3), 8-Darren Zammit, 9-Tristan Said, 10-Paulo Obradovic (2), 11-Paul Fava (1), 12-Dino Zammit (2), 13-Thomas Micallef Coach: Marko Orlovic

    Neptunes 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon (1), 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace (2), 5-Petar Muslim (2), 6-Nikolai Zammit, 7-Stevie Camilleri (3), 8-Jordan Camilleri (1), 9-Jeremy Abela, 10-Miguel Zammit, 11-Jake Muscat, 12-Matthias Azzopardi, 13-Joseph Parnis Coach: Nenad Navaric

    Referees: Massimo Angileri, Raffaele Colombo

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0