Dixxiplina fl-infurzar ambjentali

  • Set 11, 2018 18:05
  • Miktub minn iNews

    Bejn Jannar ta’ din is-sena u s-Sibt 25 ta’ Awwissu, l-Aġenzija LESA rrapportat li b’kollox ġew imwidba 800 persuna u li minnhom tħarrku 648 b’rabta ma’ offiżi ambjentali. Dan ikompli juri biċ-ċar li l-uffiċjali tal-komunità, li fl-ewwel ta’ Mejju li għadda ġew trasferiti mal-aġenzija governattiva LESA, qegħdin ikunu aktar viċin il-bżonnijiet tal-komunità u issa l-infurzar lokali ma baqax biss limitat għall-kontravenzjonjiet tat-traffiku iżda qed jimraħ f’oqsma importanti oħra.

    B’rabta mal-isfida tal-iskart li għandu l-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar, is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jixtieq ifakkar li f’Ġunju li għadda ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-kunsill lokali ta’ San Pawl u d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni sabiex b’hekk tiżdied kemm jista’ jkun l-indafa f’dawn l-inħawi. Sabiex isir dan madankollu inħass ukoll il-bżonn ta’ aktar infurzar. Fil-fatt, bejn Jannar ta’ din is-sena sas-Sibt 25 ta’ Awwissu l-Aġenzija LESA rraportat li f’San Pawl il-Baħar biss, ġew imwiddba 120 persuna u li minnhom tħarrku 74 b’rabta ma’ offiżi ambjentali. Fost dawn il-persuni mħarrka, hemm erba’ persuni li ġew imħarrka abbażi ta’ rimi ta’ skart b’mod illegali. Individwu partikolari ġie mmultat is-somma ta’ €2,329.37 b’rabta ma’ rimi ta’ skart u terrapien fil-baħar. Barra minn hekk f’dan ix-xahar sar ftehim bejn l-Aġenzija LESA u d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni sabiex isir infurzar konġunt fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar. Filgħodu qed ikun hemm assenjati żewġ uffiċjali mill-Aġenzija LESA u żewġ uffiċjali mid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni filwaqt li bejn it-20:00 u s-01:00 qed ikun hemm uffiċjal wieħed minn kull dipartiment. 

    Dan juri biċ-ċar li l-gvern ċentrali jagħraf l-importanza tal-indafa f’pajjiżna u huwa kommess li jkompli jaħdem sabiex ikompli jiżdied ir-rispett lejn l-ambjent ta’ madwarna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook