€500 rigal dwar il-każ tal-qattus maqtul Għajn Tuffieħa

  • Set 11, 2018 14:49
  • Miktub minn iNews

    L-għaqda li ssejjaħ lilha nnifisha bħala l-Lega għad-Difiża tal-Annimali qed toffri €500  għal kull min jagħti informazzjoni li twassal biex jiġu solvut il-każ tal-ferħ ta' qattus maqtul f'Għajn Tuffieħa.

    Il-każ imur lura għat-12 ta' Awwissu li għadda meta grupp ta' nies li kienu qed jieklu fi stabbiliment allegatament raw raġel joqtol qattus li kien qed ifittex l-ikel.

    Kien hemm min ta x'jifhem li r-raġel kellu konnessjoni mal-istabbiliment madankollu s-sid tiegħu ċaħdet dan u esprimiet id-dieqa tagħha li l-ġenituri tagħha kienu ġew mhedda intortament. Fuq Facebook kienu bosta li semmew isem ir-restorant u jew akkużawh bil-qtil jew appellaw għal bojkott.

    Wara li l-Pulizija baqgħet ma ressqet lil ħadd, attivisti tal-Lega għad-Difiża tal-Annimali marru fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn għaddew ittra lill-Kummissarju biex jagħti informazzjoni dwar il-każ.

    Issa l-għaqda qed tgħid li skopriet kif ma kien hemm ebda rapport uffiċjali lill-Pulizija anke jekk din ħadet diversi verżjonijiet dwar dak li ġara mingħand nies differenti.

    Kien għalhekk li fin-nuqqas ta' rapport uffiċjali minn xi xhud fuq il-post l-għaqda ħarġet tappella lil kull min għandu xi tagħrif biex jgħaddih lill-Pulizija.

    Minbarra s-somma ta' flus, il-Lega għad-Difiża tal-Annimali qed toffri li xi ħadd mill-erba' avukati tagħha jmorru mal-persuna meta tmur tagħmel ir-rapport lill-Pulizija.

    Hija qed tappella wkoll lil dawk li jixtiequ jagħmlu kuntatt magħha biex iċemplu fuq 77550550, fuq l-indirizz elettroniku adlmaltaeu@gmail.com. inkella jikkuntattjawha fuq is-sit tagħha fuq Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0