UNL: Draw għal Malta kontra l-Azerbaijan

  • Set 11, 2018 00:57
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Malta …….……1

    Azerbaijan …..1

    Fi sforz kollettiv it-team nazzjonali Malti temm il-konfront tiegħu minn Grupp D3 tal-UEFA Nations League kontra l-Azerbaijan fi draw pożittiv ta’ 1-1.

    Bla dubju, dan ir-riżultat kien reazzjoni mill-aqwa wa-ra t-telfa kontra l-Faroe Islands.

    Il-coach tat-team naz­zjonali Ray Farrugia wettaq tliet bidliet mill-formazzjoni inizjali Maltija li sfat megħ-luba mill-Faroe Islands bl-iskor ta’ 3-1 nhar il-Ġimgħa li għadda.

    Dan hekk kif Ryan Camil­leri, Ryan Fenech u Jean Paul Farrugia, ħadu post Zach Muscat, Rowen Muscat u Alfred Effiong rispettivament.

    Għat-tieni darba nfila, iż-żagħżugħ Joseph Mbong ġie magħżul fil-formazzjoni inizjali wara li ħalla mpressjoni tajba fil-logħba kontra l-Faroes.

    Il-Maltin kellhom bidu taj­jeb hekk kif mas-suffara inizjali ħarġu fuq l-offensiva u proprju fl-10 minuta fetħu l-iskor meta André Schembri għadda tajjeb lejn il-captain Michael Mifsud li  daħal fil-kaxxa u twaqqa’ minn Badavi Huseynov.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu d-difensur ta’ Hiber­nians Andrei Agius li ma żbaljax hekk kif spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

    L-Ażeri wettqu reazzjoni tajba u fil-25 minuta resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs meta konklużjoni mill-qrib ta’ Mahir Madatov stampat mal-wieqfa, bid-difiża Maltija tkun pronta u tikklerja l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.

    Iżda huma komplew jagħfsu u sekondi biss wara free-kick insidjuż ta’ Richard Almeida ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper Andrew Hogg iżda ma żammx biex mir-rebound u minn po­żizzjoni kemmxejn angolata  TAMKIN KHA­­LI­L­ZA­DE, spara xutt għar-rokna tax-xibka b’Andrew Hogg deher maħsud għal kollox biex baqa’ statiku jħares lejn il-ballun imiss max-xibka.

    Fit-33 minuta, l-coach Ażeri Gurban Gurbanov kellu jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Pavlo Pashayev, wara daħla pe­rikoluża ta’ Joseph Zerafa biex minfloku daħal jilgab Urfan Abbasov.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima l-Maltin ħarġu ferm aggressivi u fil-50 minuta Michael Mifsud għadda tajjeb lejn Joseph Mbong li mil-lemin indirizza cross perfett lejn Paul Fenech li mill-viċin kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tagħti l-il­lużjoni tal-goal iżda l-ballun ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka.

    Mal-ħin, l-Ażeri bdew juru l-frustrazzjoni tagħhom minħabba li riedu joħorġu bit-tliet punti wara d-draw f’darhom kontra l-Kosovo. Iżda sabu quddiemhom team determinat li ssielet għal kull ballun u beda wkoll jagħlaq l-ispazji kollha biex bl-ebda mod ma setgħu jaslu sal-goalkeeper Malti, Andrew Hogg.

    Il-kumplament tal-partita kien wieħed ferm kwiet karaterizzat minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

    MALTA:  1-Andrew Hogg, 3-Joseph Zerafa, 4-Steve Borg, 5-Andrei Agius (16-Ferdinando Apap 51), 6-Ryan Fenech (21-Roderick Briffa 64), 8-Paul Fenech, 9-Michael Mifsud, 10-André Schembri, 13-Joseph Mbong, 14-Jean Paul Farrugia (19-Alfred Effiong 77), 17-Ryan Camilleri- Coach: Ray Farrugia

    AZERBAIJAN: 1-Kamran Agayev,  2-Gara Garayev, 4-Pavlo Pashayev (3-Urfan Abbasov 33), 5-Maksim Medvedev, 7-Mahir Madatov, 8-Emin Makhmudov (15-Javid Imamverdiyev 56), 10-Rauf Aliyev (11-Ramil Sheydaev 68), 13-Dmitri Nazarov, 20-Richard Almeida, 21-Tamkin Khalilzade, 22-Badavi Huseynov - Coach: Gurban Gurbanov

    REFEREE: Milovan Djuki? (Montenegro)

    ASS. REFEREES:Milovan Djukic, Jovica Tatar (Montenegro)

    RABA’ UFF: Aleksandar Djikanovic (Montenegro)

    SKORERS:A. Agius pen. 10 (M), T. Khalilzade 26 (A)

    AMMONITI:J. Zerafa, A. Hogg, M. Mifsud (M), G. Garayev (A)

    ATTENDENZA: 4,500

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook