Wiċċ ġdid għall-Hyundai i20

  • Set 10, 2018 19:15
  • Miktub minn iNews

    Il-Hyundai i20 rċiviet dehra ġdida biex tagħmel mill-karozza li diġà għandha isem tajjeb, proposta irreżistibbli. Motors Inc. introduċew id-disinn ġdid tal-i20 bi prezz speċjali ta; €11,990 (jinkludi t-tnaqqis tal-iskema scrap).

    Id-disinn eċċitanti ġdid idaħħal kunċett ġdid fil-kategorija B tal-vetturi – b’dehra stiluża u moderni iżda fl-istess waqt ta’ klassi. Iffurmata minn linji dritti li jagħtu sensazzjoni dinamika, il-Hyundai i20 hija mingħajr dubju waħda mill-isbaħ mudelli fil-qies tagħha.

    Id-disnnjaturi ta’ Hyundai wrew kuraġġ billi ħarġu mit-tifsila tas-soltu u ħolqu karozza b’karattru u preżenza abbundanti. Ix-xogħol mirqum fuq il-metall joħroġ kuntrast impressjonanti bejn il-linji riġidi u l-kurvaturi delikati, u id-dettallji li jżejnu l-mudell minn kull angolu.

    B’faċċata maħsuba mill-ġdid, Hyundai irnexxielha toħloq wiċċ sportiv mingħajr ma titlef xejn mill-eleganza li għaliha magħrufa l-i20. Il-karozza toffri wkoll dehra moderna b’disinn ġdid fuq il-ġnub u madwar il-bieba ta’ wara. Bumper kemxejn mgħolli, skid plate, sett roti ġodda, u fanali prominenti jagħtu lill-Hyundai i20 personalità tassew unika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0