€35,000 grant għall-NGOs li jassistu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

  • Set 10, 2018 18:35
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ippreseda waqt iċ-ċerimonja fejn għat-tieni darba ġew ippreżentati għotjiet ta’ €35,000 mill-gvern lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu id f’id mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (DPĊ).

    Sitt NGOs—Red Cross, Emergency Fire & Rescue Unit (EFRU), St John Rescue Core, Emergency Response & Rescue Core (ERRC), St John Ambulance, u Malta Amature Radio League (MARL)—ibbenefikaw minn din il-għotja li żdiedet b’€10,000 mis-sena l-oħra.

    Il-Ministru Farrugia qal li l-ministeru qed jaħdem sabiex il-firestations kollha ta’ pajjiżna jkunu siżmiċi. Il-firestations il-ġodda se jkunu mibnija bl-intenzjoni li NGOs li jassistu lid-DPĊ ikollhom spazju allokat fejn jistgħu jżommu l-inġenji tagħhom. Dan sabiex l-assi kollha tad-DPĊ u tal-NGOs ikunu taħt saqaf wieħed f’każ ta’ diżastru naturali. Il-ministru kompla jgħid li dan il-pjan ħolistiku jinkludi wkoll investiment fir-riżorsi umani, fejn kemm ħaddiema eżistenti kif ukoll dawk li se jidħlu mad-DPĊ se jingħataw taħriġ fiżiku u akkademiku, sabiex ikompli jsaħħaħ u jinvesti fil-ħaddiema u fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

    Il-Ministru Farrugia rringrazzja lil dawn l-NGOs u appella biex ikomplu jaħdmu flimkien u jkomplu jifhmu u jagħtu l-għajnuna lil xulxin.

    Ir-Red Cross ingħatat is-somma ta’ €18,000, St John Rescue Core ngħatat €6,000, l-EFRU rċievet is-somma ta’ €4,000, l-ERRC ingħataw €3,000, St John Ambulance ingħataw €1,500 u l-MARL ingħataw is-somma ta’ €2,500.

    Preżenti għal din l-għotja kien hemm is-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila, id-Direttur Ġenerali Charles Vella, kif ukoll rappreżentanti tal-NGOs.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0